Dwar din il-konsultazzjoni

Perjodu tal-konsultazzjoni
23 ta' Lulju 2018 - 2 ta' Novembru 2018
Suġġetti
Is-suq uniku, Saħħa pubblika, In-negozju u l-industrija

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

The consultation period is over. The public consultation received 107 replies.

You can access the statistical report, the raw data as well as the position papers here.

Grupp fil-mira

L-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha huma mistiedna jwieġbu għal din il-konsultazzjoni.

Għan tal-konsultazzjoni

 Il-prekursuri tad-droga huma sustanzi kimiċi li jintużaw primarjament għall-produzzjoni leġittima (legali) ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti, bħall-mediċina, il-fwieħa, il-plastik, il-kożmetiċi, eċċ. Madankollu jistgħu jintużaw b'mod ħażin għall-produzzjoni illeċita (illegali) tad-droga bħall-metamfetamina, l-eroina jew il-kokaina.
 

 Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ użi leġittimi tal-prekursuri tad-drogi, in-negozju tagħhom ma jistax ikun projbit. Sa mill-bidu tas-snin disgħin, ġew stabbiliti regoli speċifiċi kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni Ewropea biex jiżguraw li tiġi evitata d-devjazzjoni tal-prekursuri tad-drogi permezz tal-kontroll tal-kummerċ leġittimu tagħhom fil-fruntieri tal-UE u fi ħdan l-UE. Il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li ssib bilanċ bejn il-kontroll meħtieġ biex tiġi evitata d-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga u l-permess tal-kummerċ leġittimu tagħhom mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa.


Sabiex tivvaluta sa liema punt il-leġiżlazzjoni qed tilħaq l-għan tagħha, il-Kummissjoni Ewropea qed twettaq evalwazzjoni. Permezz ta’ din il-konsultazzjoni pubblika, nixtiequ li jkollna l-fehmiet ta’ dawk milquta mil-leġiżlazzjoni, li huma prinċipalment dawk il-persuni involuti fl-użu leġittimi ta’ dawk is-sustanzi kimiċi. Kwalunkwe parti interessata oħra hija wkoll mistiedna tipprovdi l-input tagħha.

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Tista’ twieġeb il-kwestjonarju billi tikklikkja l-kaxxa “ara l-kwestjonarju”, hawn taħt.

Il-kwestjonarju jieħu madwar 10 minuti. Hu aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE (għajr bl-Irlandiż). It-tweġibiet jistgħu jiġu sottomessi bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Jekk jogħġbok kun af li minħabba l-proċess tat-traduzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-verżjoni bl-Ingliż, il-verżjonijiet lingwistiċi kollha se jkunu disponibbli online ġimagħtejn wara, minn dakinhar li titnieda l-konsultazzjoni.

Wara li tkun issottomettejt it-tweġibiet tiegħek, tista’ tiddawnlowdja kopja tat-tweġibiet kompluti tiegħek. Jekk ikollok problema biex timla dan il-kwestjonarju jew jekk ikollok bżonn xi għajnuna partikolari, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: GROW-DRUG-PRECURSORS@ec.europa.eu

Ara l-kwestjonarju

Informazzjoni addizzjonali

Bħala parti mill-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza, il-Kummissjoni titlob lill-organizzazzjonijiet (inklużi l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali, l-intrapriżi, eċċ.) li jixtiequ jieħdu sehem fil-konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku l-informazzjoni dwar x’jirrappreżentaw u lil min, l-objettivi, il-finanzjament u l-istrutturi tagħhom, billi jirreġistraw fir-Reġistru ta' Trasparenza u jiddikjaraw li jaqblu mal-Kodiċi ta’ Kondotta tiegħu.

Jekk inti organizzazzjoni reġistrata, jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-ID tar-Reġistru tiegħek fil-kwestjonarju. B'hekk il-kontribut tiegħek jitqies li jirrappreżenta l-opinjonijiet tal-organizzazzjoni tiegħek.

Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhix irreġistrata għandek l-opportunità li tirreġistraha issa. Imbagħad ejja lura f'din il-paġna biex tibgħat il-kontribut tiegħek bħala organizzazzjoni reġistrata.

Waqt l-analiżi tat-tweġibiet li jkunu ħarġu minn konsultazzjoni, il-kontributi tar-rispondenti li jagħżlu li ma jirreġistrawx se jiġu trattati bħala kontributi individwali (sakemm il-kontributuri ma jiġux rikonoxxuti bħala partijiet ikkonċernati rappreżentattivi bid-dispożizzjonijiet tat-Trattat, id-Djalogu Soċjali Ewropew, l-Artikoli 154-155 tat-TFUE).