Dwar din il-konsultazzjoni

Perjodu tal-konsultazzjoni
11 ta' Jannarta' Frar 2018 - 5 ta' April 2018
Suġġetti
Ambjent
Dipartimenti

Ara t-tweġibiet

IddawnlowdjaXLS - 68.2 MB

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

A factsheet and a summary of the results of the consultation are published below:

Factsheet: Public consultation on an EU pollinators initiative

Summary of the results of the public consultation

There were 66 579 replies to the public consultation. All replies are published below:

Submitted position papers

 

Grupp fil-mira

L-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha huma mistiedna jwieġbu għal din il-konsultazzjoni.

Għan tal-konsultazzjoni

Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tiġbor l-opinjonijiet dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi sabiex tinforma l-iżvilupp ta’ inizjattiva tal-UE dwar il-pollinaturi. Il-kwestjonarju jkopri l-kawżi u l-konsegwenzi tat-tnaqqis tal-pollinaturi, miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali u d-dimensjoni tal-UE għall-problema. 

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Tista’ tikkontribwixxi għal din il-konsultazzjoni pubblika billi timla l-kwestjonarju online permezz ta’ EU Survey.

Il-kwestjonarju hu disponibbli bi 23 lingwa tal-UE. Tista’ tibgħat it-tweġibiet b'waħda minn dawk il-lingwi. 

Il-kwestjonarju jieħu madwar 20 minuta. Tista’ twaqqaf il-kwestjonarju meta trid u tkomplih iktar tard. Wara li tkun issottomettejt it-tweġibiet tiegħek, tista’ tiddawnlowdja kopja tat-tweġibiet kompluti tiegħek.

Il-mistoqsijiet immarkati b’asterisk huma obbligatorji.

Il-kontribuzzjonijiet kollha li jaslu se jiġu ppubblikati fuq l-internet. Hu importanti li taqra l-istqarrija ta’ privatezza speċifika għal informazzjoni dwar kif se jkunu trattati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Ara l-kwestjonarju

Il-kwestjonarju hu disponibbli permezz ta’ EU Survey.

Qabel ma twieġeb, jekk jogħġbok kun ċert li qrajt l-Istqarrija ta’ Privatezza speċifika hawn taħt. 

Informazzjoni addizzjonali

Bħala parti mill-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza, il-Kummissjoni titlob lil dawk l-organizzazzjonijiet (inklużi l-NGOs, il-korpi kummerċjali, l-intrapriżi, eċċ.) li jixtiequ jieħdu sehem fil-konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku l-informazzjoni dwar x’jirrappreżentaw u lil min, l-objettivi, il-finanzjament u l-istrutturi tagħhom, billi jirreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza u jiddikjaraw li jaqblu mal-Kodiċi ta’ Kondotta.

Jekk inti organizzazzjoni reġistrata, jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-ID tar-Reġistru tiegħek fil-kwestjonarju. B'hekk il-kontribuzzjoni tiegħek titqies li tirrappreżenta l-opinjonijiet tal-organizzazzjoni tiegħek.

Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhijiex reġistrata, għandek l-opportunità li tirregistra issa. Imbagħad ejja lura f'din il-paġna biex tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek bħala organizzazzjoni reġistrata.

Waqt l-analiżi tat-tweġibiet li jkunu ħarġu minn konsultazzjoni, il-kontribuzzjonijiet ta’ dawk li jagħżlu li ma jirreġistrawx se jiġu trattati bħala kontribuzzjonijiet individwali (sakemm il-kontributuri ma jiġux rikonoxxuti bħala partijiet ikkonċernati rappreżentattivi bid-dispożizzjonijiet tat-Trattat, id-Djalogu Soċjali Ewropew, l-Artikoli 154-155 tat-TFUE).

Kuntatt