Ara t-tweġibiet

Ftit wara tmiem il-perjodu tal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni se tippubblika t-tweġibiet.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se tagħmel taqsira tat-tweġibiet ftit wara tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni. It-tweġibiet tiegħek se jitqiesu fit-tfassil ta’ proposti komprensivi għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ wara l-2020 u għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi finanzjarji.

Factual summary of the public consultation on the EU long-term budget in the area of cohesion

Support to public consultation on cohesion policy - Final report

Grupp fil-mira

Din il-konsultazzjoni hija miftuħa għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati kollha interessati fil-politika ta’ Koeżjoni, inklużi l-benefiċjarji ta’ programmi u fondi tal-UE bħall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-korpi intergovernattivi u mhux governattivi, l-istituzzjonijiet akkademiċi, is-soċjetà ċivili u l-intrapriżi.

Għan tal-konsultazzjoni

Fl-2018, il-Kummissjoni se tagħmel proposti komprensivi għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi finanzjarji tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ wara l-2020, li hu l-baġit fit-tul tal-UE. Il-proposti tal-Kummissjoni se jitfasslu biex ikun possibbli għall-UE biex twettaq dak li huwa l-iktar importanti, f’oqsma fejn tista’ twettaq iktar minn Stati Membri li jaġixxu waħedhom. Dan jeħtieġ valutazzjoni bir-reqqa kemm ta’ dak li ħadem tajjeb fil-passat kif ukoll ta’ dak li jista’ jittejjeb fil-futur. Din il-konsultazzjoni hija parti integrali mill-proċess u l-għan tagħha hu li tiġbor l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati kollha dwar kif tagħmel l-aħjar użu minn kull euro tal-baġit tal-UE.

Saru konsultazzjonijiet simili fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet tal-programmi finanzjarji eżistenti tal-UE li jkopru diversi oqsma ta’ politika, inklużi dwar il-prestazzjoni attwali u l-isfidi futuri. L-opinjonijiet espressi mill-partijiet ikkonċernati f’dawn il-konsultazzjonijiet se jiġu kkunsidrati fil-proċess attwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.

B’mod parallel għal din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni qed tniedi sensiela ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li jkopru l-firxa sħiħa ta’ finanzjament futur tal-UE fl-oqsma li ġejjin: il-Koeżjoni; l-Investiment, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-SMEs u s-Suq Uniku; il-Migrazzjoni; is-Sigurtà; l-Infrastruttura Strateġika; il-Valuri u l-Mobilità.

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Tista’ tikkontribwixxi għal din il-konsultazzjoni pubblika billi timla l-kwestjonarju online. Sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tifhem bl-aħjar mod il-pożizzjoni tiegħek, tista’ telabora t-tweġibiet tiegħek fil-kaxxi għat-test maħsuba għal dan l-iskop.

Il-kwestjonarju hu aċċessibbli bi 23 lingwa tal-UE. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jaslu b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE.

Il-kwestjonarju jieħu madwar 30 minuta. Inti tista’ temporanjament tieqaf u tissejvja x-xogħol tiegħek u tkompli wara. Tista’ ttiddawnlowdja l-kwestjonarju f’format PDF. Wara li tkun issottomettejt it-tweġibiet tiegħek, tista’ tiddawnlowdja kopja tat-tweġibiet kompluti tiegħek. Fl-aħħar tal-kwestjonarju se tingħata l-possibbiltà li tapplowdja dokumenti ta’ prova (mass: 1MB) biex tikkomplementa l-kontribuzzjoni tiegħek.

Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni qed titlob lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jwieġbu għall-konsultazzjoni biex jirreġistraw fir-Reġistru ta’ Trasparenza u jimxu mal-Kodiċi ta’ Kondotta tiegħu. Jekk inti organizzazzjoni reġistrata, jekk jogħġbok indika n-numru tal-ID tar-Reġistru tiegħek meta twieġeb dan il-kwestjonarju online. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhix reġistrata, tista tirreġistra hawn. Imbagħad tista' tirritorna f'din il-paġna biex tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek bħala organizzazzjoni reġistrata.

Huwa importanti li taqra l-istqarrija ta’ privatezza speċifika għal informazzjoni dwar kif se jiġu trattati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek. 

Informazzjoni addizzjonali

Kuntatt