Dwar din il-konsultazzjoni
Ara t-tweġibiet
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss
We received 74 responses and thank all those who contributed to this consultation.
Grupp fil-mira
Iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. B’mod partikolari nilqgħu l-opinjonijiet mingħand l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA, kif ukoll mingħand il-parteċipanti tas-suq bħall-SMEs (SMEs elenkati u dawk li qed ifittxu li jiġu elenkati), il-borża, l-investituri istituzzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-investituri, is-sensara speċjalizzati fl-SMEs, konsulenti ewlenin li jappoġġjaw lill-SMEs fl-istadju tal-IPO u fornituri oħra ta’ servizzi speċjalizzati fl-SMEs.
Għan tal-konsultazzjoni
L-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs fl-istadji kollha ta’ żvilupp tagħhom hu element ewlieni tal-inizjattiva tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) tal-Kummissjoni. L-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tas-CMU ppubblikata f'Ġunju 2017 għolliet il-livell ta’ ambizzjoni tal-proġett u saħħet l-enfasi tiegħu fuq l-attivitajiet ta’ ġbir tal-kapital mill-SMEs fuq is-swieq pubbliċi. Il-Kummissjoni hi impenjata b'mod notevoli li tevalwa jekk l-emendi mmirati għar-regoli tal-UE jistgħux iwasslu ambjent regolatorju b’livell ogħla ta’ faċilitazzjoni biex jappoġġja l-offerti pubbliċi inizjali tal-SMEs. Il-konsultazzjoni se tgħin lill-Kummissjoni tidentifika modi biex tnaqqas il-burokrazija u tibni ambjent ta’ sostenn għall-SMEs li jixtiequ jelenkaw l-ishma jew il-bonds tagħhom fis-Swieq ta’ Tkabbir tal-SMEs, mingħajr ma jipperikolaw il-protezzjoni tal-investitur u l-integrità tas-suq. Il-konsultazzjoni pubblika se tiffoka fuq tliet kategoriji wiesgħa ta’ kwistjonijiet. Hi se tfittex li tidentifika kif il-kunċett tas-“Suq tat-Tkabbir tal-SMEs”, li nħoloq minn MiFID II, jista’ jittejjeb aktar (1.). L-għan tal-konsultazzjoni huwa li jiġu identifikati oqsma fejn il-piż amministrattiv fuq l-SMEs elenkati jista’ jittaffa (2) u fejn xi bidliet regolatorji mmirati jistgħu jgħinu jibnu (mill-ġdid) l-ekosistemi lokali madwar l-iskambji speċifiċi għall-SMEs (3).
Raġuni għaliex il-perjodu ta' konsultazzjoni hu anqas minn 12-il ġimgħa
Il-kwistjonijiet ikkonsultati f’rabta mat-tħaddim tal-ostakli regolatorji għall-elenkar tal-SMEs huma fil-biċċa l-kbira magħrufa sew mal-partijiet ikkonċernati. Dawn kienu s-suġġett ta’ djalogu kontinwu mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-industrija u mal-Istati Membri. Il-kwistjonijiet relatati mal-elenkar tal-SMEs tqajmu wkoll fit-tweġibiet għall-Green Paper dwar il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali, għas-sejħa għal evidenza dwar il-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji, u fil-konsultazzjoni pubblika dwar l-analiżi ta’ nofs it-terminu tas-CMU. Din il-konsultazzjoni pubblika hija għalhekk pjuttost iffukata u għal din ir-raġuni huwa previst qafas ta’ żmien ta’ għaxar ġimgħat.
Links relatati
Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek
Jekk jogħġbok innota li sabiex jiġi assigurat li l-proċess ta’ konsultazzjoni ikun ġust u trasparenti se jitqiesu biss it-tweġibiet tal-kwestjonarju online u dawn biss se jiddaħħlu fir-rapport li jiġbor it-tweġibiet fil-qosor.