Dwar din il-konsultazzjoni

Perjodu tal-konsultazzjoni
26 ta' Ottubru 2017 - 3 ta' Jannarta' Frar 2018
Suġġetti
Tassazzjoni, Ekonomija u soċjetà diġitali

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

 

Il-perjodu ta’ konsultazzjoni spiċċa. Il-konsultazzjoni pubblika rċeviet 446 tweġiba. Xi wħud minn dawk li wieġbu għażlu wkoll li japplowdjaw dokument ta’ pożizzjoni biex ikomplu jispjegaw aktar l-opinjonijiet tagħhom. Total ta’ 121 dokument ta’ pożizzjoni ġew riċevuti.

Tista’ taċċessa kemm ir-rapport statistiku u d-data mhux ipproċessata kif ukoll id-dokumenti ta’ pożizzjoni hawnhekk.

 

Grupp fil-mira

Iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet kollha interessati tal-UE fl-evoluzzjoni tal-ekonomija diġitali mistednin li jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. It-tweġibiet li tipprovdilna bħala parti tal-konsultazzjoni se jifformaw parti importanti mill-analiżi u l-proposti futuri tal-Kummissjoni. B’dan il-mod, din hi okkażjoni għalik sabiex tikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika.

Il-Kummissjoni se tikkonsulta mal-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, l-esperti u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin l-oħrajn b’mod separat. Madankollu, jekk int tirrappreżenta kwalunkwe minn dawn il-kategoriji, int xorta waħda mistieden sabiex tikkontribwixxi għal din il-konsultazzjoni pubblika.

Għan tal-konsultazzjoni

L-objettiv tal-inizjattiva hu li jiġi definit l-approċċ għat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali. L-approċċ għandu jissodisfa l-miri ta’ tassazzjoni aktar ġusta u aktar effiċjenti, li jappoġġjaw id-dħul pubbliku u kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn in-negozji kollha. Hu għandu wkoll jiffaċilita tassazzjoni effiċjenti, li tappoġġja t-tkabbir u l-kompetittività tal-UE permezz tas-Suq Uniku Diġitali.

Kif tissottometti t-tweġiba tiegħek

Tista’ twieġeb il-kwestjonarju billi tikklikkja l-kaxxa “Wieġeb il-kwestjonarju”, hawn taħt.

Il-kwestjonarju jeħtieġlu madwar 20 minuta biex jimtela. Il-kwestjonarju hu aċċessibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE (jekk jogħġbok innota li minħabba l-proċess tat-traduzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-verżjoni Ingliża, il-verżjonijiet tal-lingwi kollha se jkunu disponibbli online ġimagħtejn wara, mill-mument li fih titnieda l-konsultazzjoni).

Xi mistoqsijiet jeħtiġilhom għarfien espert u nistednuk li twieġeb biss xi wħud mill-mistoqsijiet inklużi. Fit-tmiem tal-kwestjonarju se jkollok il-possibbiltà li tapplowdja dokument/dokument ta' pożizzjoni.

Wara li tkun issottomettejt it-tweġibiet tiegħek, tista’ tiddawnlowdja kopja tar-risposti kompluti tiegħek. Jekk ikollok problema biex timla dan il-kwestjonarju jew jekk ikollok bżonn xi għajnuna partikolari, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: TAXUD-DIGITAX@ec.europa.eu.

Protezzjoni tad-data personali u dikjarazzjoni ta' privatezza

Il-kontribuzzjonijiet kollha li jaslu jistgħu jiġu ppubblikati fuq l-internet. Hu importanti li taqra d-dikjarazzjoni ta' privatezza speċifika mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif se jiġu trattati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

 

Ara l-kwestjonarju