Miri:

  • Impjieg
    • - 75% tan-nies bejn 20 u 64 sena għandhom ikunu impjegati
  • Riċerka u Żvilupp (R&Ż)
    • - 3% tal-PDG tal-UE għandu jiġi investit fir-R&Ż
  • It-tibdil fil-klima u l-enerġija
    • - l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra 20% inqas mil-livelli tal-1990
    • - 20% tal-enerġija tiġi minn sorsi rinovabbli
    • - 20% żieda fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija
  • Edukazzjoni
    • - rati ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola inqas minn 10%
    • - tal-anqas 40% tal-popolazzjoni fl-età bejn 30–34 tkun temmet l-edukazzjoni għolja
  • Il-faqar u l-esklużjoni soċjali
    • - tal-anqas 20 miljun persuna inqas li jinsabu fil-faqar jew l-esklużjoni soċjali, jew fir-riskju li jsibu ruħhom f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Karatteristiċi tal-miri

  • Jagħtu ħarsa ġenerali sa fejn għandha tasal l-UE fir-rigward ta' parametri ewlenin sal-2020.
  • Huma qed ikunu tradotti f'miri nazzjonali sabiex kull pajjiż tal-UE jkun jista' jivverifika l-progress tiegħu lejn kull mira.
  • Ma hemmx qsim tal-piżijiet – hemm għanijiet komuni għall-pajjiżi kollha tal-UE, li għandhom jintleħqu permezz ta' taħlita ta' azzjonijiet nazzjonali u tal-UE.
  • Huma interkonnessi u jsaħħu lil xulxin
    • - edukazzjoni aħjar ittejjeb il-prospetti professjonali u tnaqqas il-faqar
    • - R&Ż/innovazzjoni u użu aktar effiċjenti tal-enerġija jagħmluna aktar kompettitivi u joħolqu l-impjiegi
    • - investiment f'tekonoloġiji iktar nodfa jiġġieldu t-tibdil fil-klima filwaqt li joħolqu opportunitajiet ġodda ta' negozju/impjieg.

Kif tiġi implimentata l-istrateġija?

L-Istrateġija Ewropa 2020 tintuża bħala qafas ta’ referenza għal attivitajiet fil-livell tal-UE u fil-livelli nazzjonali u reġjonali.

Il-gvernijiet tal-UE stabbilixxew miri nazzjonali li jgħinu biex jintlaħqu l-miri globali tal-UE, u jirrappurtaw dwarhom bħala parti mill-programmi nazzjonali ta’ riforma annwali tagħhom. Għal aktar dettalji, ara miri nazzjonali u rapporti.

Kif tiġi ssorveljata l-istrateġija?

L-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, Eurostat, jippubblika regolarment rapporti ta’ progress komprensivi għall-miri.

Fl-2014-15, il-Kummissjoni wettqet analiżi ta’ nofs it-terminu dwar Ewropa 2020. Din inkludiet konsultazzjoni pubblika li wriet li l-istrateġija għadha meqjusa bħala qafas xieraq għall-promozzjoni tal-impjiegi u t-tkabbir.

Wara din l-analiżi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli bl-istrateġija, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tagħha permezz ta’ proċess magħruf bħala s-Semestru Ewropew.