Il-pakkett tal-ħarifa jinkludi:

Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) tal-Kummissjoni

Hu jistabbilixxi l-prijoritajiet ekonomiċi ġenerali għall-UE u joffri lill-gvernijiet tal-UE gwida ta’ politika għas-sena segwenti.

Il-gwida tal-Kummissjoni hi mibnija madwar 3 elementi interkonnessi: l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidazzjoni fiskali.

Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR)

Dan hu apparat ta’ skrinjar, ibbażat fuq tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi, li jidentifika l-pajjiżi li jistgħu jkunu affettwati bi żbilanċi ekonomiċi u li għalihom il-Kummissjoni għandha tagħmel aktar analiżijiet fil-fond.

Hi tniedi l-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) annwali, li timmira sabiex timpedixxi jew jiġu indirizzati l-iżbilanċi li jfixklu l-funzjoni bla problemi tal-ekonomiji nazzjonali, taż-żona tal-euro jew tal-UE b’mod sħiħ. 

Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (abbozz)

Ir-rapport janalizza s-sitwazzjoni tal-impjiegi u soċjali fl-Ewropa u r-risponsijiet tal-politika tal-gvernijiet nazzjonali.

Rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro

Ir-rakkomandazzjoni tindirizza kwistjonijiet kritiċi għall-funzjonament taż-żona b’munita unika u tissuġġerixxi miżuri konkreti li jistgħu jimplimentaw il-gvernijiet nazzjonali. Dan jiżgura li l-kwistjonijiet taż-żona tal-euro u nazzjonali huma inklużi fl-ippjanar tal-governanza ekonomika tal-UE.

Komunikazzjoni dwar il-pożizzjoni fiskali

Il-Kummissjoni tivvaluta l-politika fiskali ġenerali taż-żona tal-euro f’termini aggregati, billi tikkunsidra ż-żona tal-euro bħala entità unika. Abbażi ta’ dan hi tirrakkomanda objettivi għall-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro.

Opinjoni tal-Kummissjoni dwar abbozz tal-pjanijiet tal-baġit għall-pajjiżi taż-żona tal-euro

L-opinjoni tivvaluta kemm il-pjanijiet tal-baġit nazzjonali għas-sena li ġejja jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (SGP).

 

Il-Kummissjoni qiegħda wkoll tippubblika l-fehmiet tal-imsieħba soċjali Ewropej:

Is-Semestru Ewropew 2017: Opinjoni tal-impjegaturi dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir
Is-Semestru Ewropew 2017: Stħarriġ dwar il-Prijoritajiet tal-KETU għat-Tkabbir Annwali

Dokumenti