Ir-rapporti tal-pajjiżi

Ir-rapporti jkopru l-oqsma kollha ta’ importanza makroekonomika jew soċjali u jiddeskrivu s-sitwazzjoni baġitarja tal-pajjiż. Huma jevalwaw il-progress li sar minn kull pajjiż tal-UE sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet identifikati fir-rakkomandazzjonijiet tal-UE tas-sena ta’ qabel.

L-elementi ewlenin ta’ kull rapport huma miġburin fil-qosor f’Komunikazzjoni.

L-analiżi fil-fond (biss għal pajjiżi magħżula fir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija)
 

L-analiżi tivvaluta jekk jeżistux żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi fil-pajjiż, billi tħares lejn fatturi bħal:
is-sostenibbiltà tal-kontijiet esterni, il-bilanċi tat-tfaddil u tal-investiment, ir-rati tal-kambju effettivi, l-ishma tas-suq tal-esportazzjoni, il-kompetittività tal-kostijiet u mhux tal-kostijiet, il-produttività, id-dejn privat u pubbliku, il-prezzijiet tad-djar, il-flussi tal-kreditu, is-sistemi finanzjarji u l-qgħad.

Il-kawżi u r-riskji jvarjaw minn ekonomija għal oħra.

L-analiżi tqis ukoll id-dimensjoni taż-żona tal-ewro u l-impatt possibbli fuq iż-żona tal-ewro kollha kemm hi.

Fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni se tipproponi aġġornament tal-istatus għall-pajjiż fil-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku.

Dokumenti

IddawnlowdjaPDF - 589.9 KB
IddawnlowdjaPDF - 170.2 KB