Id-dipartiment tal-Kummissjoni Ewropea għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO) jaħdem ma’ ’l fuq minn 200 organizzazzjoni sieħba li jipprovdu għajnuna umanitarja madwar id-dinja. Is-sħab umanitarji jinkludu organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), organizzazzjonijiet internazzjonali, aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, u aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri tal-UE.

Hu importanti li l-ECHO jkollu medda varjata ta’ sħab biex ikun jista’ jkollu kopertura komprensiva tal-bżonnijiet dejjem aktar mifruxa mad-dinja kollha – u f’sitwazzjonijiet dejjem aktar kumplessi. L-ECHO żviluppa relazzjonijiet ta’ ħidma dejjem eqreb mas-sħab tiegħu kemm fil-livell ta’ kwistjonijiet ta’ politika kif ukoll tal-maniġment tal-operazzjonijiet umanitarji.

Fuq is-sit web tas-Sħab tal-ECHO hemm disponibbli aktar informazzjoni dwar is-sħab eżistenti, it-tipi ta’ sħubijiet, u l-proċeduri biex issir sieħeb tal-ECHO.