Is-Sistema ta' Trasparenza Finanzjarja hi bażi tad-dejta ta' ismijiet ta' benefiċjarji li rċevew finanzjament mill-baġit tal-UE.
Iċ-ċittadini jistgħu jaċċessaw id-dettalji ta' finanzjament imħallas direttament mill-Kummissjoni (mill-2007 'l hawn), u tal-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (mill-2010 'l hawn).
Fittex fil-bażi ta' dejta tar-riċevituri ta' finanzjament tal-UE
Informazzjoni disponibbli
-
min jirċievi l-fondi
-
suġġett, jiġifieri l-għan tan-nefqa
-
fejn jinsab il-benefiċjarju
-
ammont u tip ta' nefqa
-
liema dipartiment responsabbli ta l-finanzjament
-
liema parti tal-baġit tal-UE ġej minnu
-
liema sena l-ammont tniżżel fil-kotba tal-kontabbiltà
Tista' ssib informazzjoni addizzjonali fis-Sistema ta' Trasparenza Finanzjarja fit-taqsimiet Mistoqsijiet Frekwenti u Għajnuna tas-sit tal-web.