Kontenut tal-paġna

Kwartieri Ġenerali

Id-dipartimenti u l-aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni huma bbażati fi Brussell u fil-Lussemburgu.

Il-laqgħat ta' kull ġimgħa tal-Kummissarji jsiru fil-kwartieri ġenerali ta' Brussell u fi Strasburgu.

Dipartimenti u aġenziji eżekuttivi

Żur il-Kwartieri Ġenerali tal-Kummissjoni

F’pajjiżek

Fil-pajjiżi tal-UE

L-uffiċċji tar-rappreżentanzi fl-UE kollha jaġixxu bħala l-vuċi tal-Kummissjoni u jimmonitorjaw l-opinjoni pubblika fil-pajjiż ospitanti.

Huma joffru informazzjoni dwar l-UE u jorganizzaw avvenimenti b'temi tal-UE. Uħud jorganizzaw ukoll żjarat għall-iskejjel u l-organizzazzjonijiet u jipprovdu l-binjiet tagħhom - Spazji Pubbliċi Ewropej (EPSs) - għall-attivitajiet relatati mal-UE.

Il-Kummissjoni tiffinanzja wkoll:

Sib l-eqreb uffiċċju tal-UE fl-UE

Barra l-UE

L-UE għandha wkoll 139 uffiċċju barra l-UE, magħrufin bħala delegazzjonijiet. Dawn huma mmaniġġjati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Huma jippreżentaw, jispjegaw u jwettqu l-politiki barranin tal-UE. Janalizzaw u jirrapportaw ukoll dwar il-politiki u jinnegozjaw f'isem l-UE.
Sib l-eqreb uffiċċju tal-UE barra mill-UE