In-navigazzjoni, l-istruttura u l-kontenut tas-sit web tal-Kummissjoni
Fil-paġna ewlenija, il-labels ewlenin tan-navigazzjoni huma ddisinjati biex jagħtuk l-aktar aċċess faċli possibbli għall-kontenut li teħtieġ.
Alternattivament, tista’ tinnaviga skont is-suġġett.
Se ssib ukoll links għal siti web oħra li fihom aktar informazzjoni mid-dipartimenti u s-servizzi tal-Kummissjoni.
Il-lingwi
Il-Kummissjoni hija impenjata li tipprovdi lill-utenti b’informazzjoni bil-lingwa li jeħtieġu. Fuq is-sit il-ġdid, xi kontenut se jkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u xi kontenut b’anqas lingwi, abbażi tal-ħtiġijiet tal-utenti.
Aktar dwar il-politika tal-lingwa għal dan is-sit web
L-aċċessibbiltà
Qed nagħmlu l-preżenza tal-Kummissjoni fuq il-web aċċessibbli u faċli kemm jista' jkun li tintuża mill-utenti kollha - inklużi nies b'diżabbiltajiet jew nies mingħajr aċċess għall-aħħar teknoloġiji. Qed nippruvaw ukoll nagħmlu s-sit aċċessibbli fuq browsers tal-internet, apparat u veloċitajiet ta' konnessjonijiet differenti.
Dettalji sħaħ tal-linji gwida dwar l-aċċessibbiltà li qed insegwu.