Skip to main content

L-ewwel sena tal-Kummissjoni von der Leyen

Inwettqu l-wegħda

Wara r-riżultat tal-elezzjonijiet Ewropej, u l-mandat mogħti mill-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni von der Leyen ippreżentat sett ta’ għanijiet ambizzjużi għall-futur tal-Ewropa: in-newtralità klimatika sal-2050; li d-deċennju tal-2020 isir id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa; u li l-Ewropa ssir aktar b’saħħitha fid-dinja b’approċċ aktar ġeopolitiku.

Meta d-dinja ntlaqtet mill-coronavirus, il-Kummissjoni ħadmet biex torganizza rispons ikkonċertat u kkoordinat Ewropew għall-emerġenza – biex jinxtara u jitqassam tagħmir ta' protezzjoni, biex l-Ewropej maqbudin barra jiġu ripatrijati u biex jiġu akkwistati dożi ta’ vaċċin futur. Dan kien territorju ġdid għall-UE: irreaġixxejna b’determinazzjoni meta s-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini tagħna talbu li jkun hemm azzjoni min-naħa tal-UE.

Fl-istess ħin, id-direzzjoni tagħna ma nbidlitx. It-tranżizzjonijiet tewmin ekoloġiċi u diġitali issa qegħdin saħansitra aktar integrati fil-qalba tal-programm tagħna, b’riżorsi ġodda biex naċċelleraw it-trasformazzjoni. Mhux talli qegħdin insewwu l-ħsara għall-ekonomija tagħna; qed insawruha mill-ġdid għall-ġenerazzjoni li jmiss.

27 NOVEMBRU 2020
Kummissjoni von der Leyen: L-Ewwel Sena
Malti
(2.07 MB - PDF)
Iddawnlowdja

Rispons għall-pandemija tal-coronavirus

recovery plan
Il-Kummissjoni ħadmet fuq il-fronti kollha biex trażżan it-tixrid tal-coronavirus, tappoġġja s-sistemi tas-saħħa nazzjonali u tiġġieled l-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija b’miżuri bla preċedent kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE. Fil-livell Ewropew u nazzjonali, ġie mmobilizzat l-investiment pubbliku u privat biex jinstab vaċċin għal kulħadd madwar id-dinja. Ġie stabbilit pjan ta’ rkupru biex jgħin fit-tiswija tal-ħsara ekonomika u soċjali kkawżata mill-pandemija, biex iwitti t-triq biex noħorġu mill-kriżi u jistabbilixxi l-pedamenti għal Ewropa moderna u aktar sostenibbli

 

27 NOVEMBRU 2020
Factsheet: First year of the von der Leyen Commission - EU response to coronavirus
English
(5.95 KB - HTML)
Iddawnlowdja

Mumenti ewlenin tal-ewwel sena

 11 ta’ Diċembru: Tnedija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jistabbilixxi pjan direzzjonali dwar kif l-Ewropa ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050
book
5 ta’ Frar: Metodoloġija ġdida għan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE – biex isiru aktar kredibbli, prevedibbli u dinamiċi, bħala l-ewwel element fl-istrateġija mġedda tat-tkabbir tal-Kummissjoni
human head with digital wires
19 ta’ Frar: Pubblikazzjoni tal-aġenda biex jissawwar il-futur diġitali tal-Ewropa, strateġija dwar id-data u White Paper dwar l-intelliġenza artifiċjali, li jiftħu opportunitajiet ġodda għan-negozji, filwaqt li jiffukaw fuq teknoloġija affidabbli għaċ-ċittadini
gender equality
5 ta’ Marzu: Strateġija ġdida dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-2020-2025 tistabbilixxi azzjonijiet ewlenin biex tiżgura l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Ewropa
day_89_-_eu_strategy_with_africa.png
9 ta’ Marzu: Strateġija ġdida tal-UE twitti t-triq għal sħubija mal-Afrika aktar b’saħħitha u aktar ambizzjuża
Industrial strategy
10 ta’ Marzu: Strateġija industrijali ġdida tħejji t-trasformazzjonijet ekoloġiċi u diġitali tal-industrija Ewropea
virus icon
13 ta’ Marzu: Il-Kummissjoni tappella għal rispons ekonomiku deċiżiv u kkoordinat għall-kriżi tal-coronavirus, tniedi Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) ġdida biex tgħin lill-Istati Membri jiffinanzjaw ir-reazzjonijiet individwali tagħhom
consultation icon
2 ta’ April: Tnedija tas-SURE, l-istrument il-ġdid għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza b'valur ta' €100 biljun
coins
4 ta' Mejju: Waqt l-avveniment ta’ wegħdiet ta’ donazzjonijiet tar-Rispons Globali għall-Coronavirus, inġabru €7.4 biljun f’wegħdiet ta’ donazzjonijiet mingħand donaturi madwar id-dinja għal aċċess universali għall-vaċċini
hand holding small plant
20 ta' Mejju: Il-Kummissjoni tippreżenta strateġija komprensiva ġdida dwar il-bijodiversità biex in-natura terġa’ tibda tagħmel parti minn ħajjitna, u l-istrateġija mill-għalqa sal-platt għal sistema alimentari ġusta, tajba għas-saħħa u li tirrispetta l-ambjent.
icon
27 ta' Mejju: Il-Kummissjoni tippreżenta strument ta’ rkupru ġdid, NextGenerationEU, inkorporat f’baġit fit-tul tal-UE b’saħħtu, modern u mġedded
virus icon
17 ta' Ġunju: L-istrateġija tal-UE għall-vaċċini hija adottata biex taċċellera l-iżvilupp, il-manifattura u l-użu tal-vaċċini kontra l-COVID-19
icon smiling planet
17 ta’ Settembru: Il-Kummissjoni żżid l-ambizzjoni klimatika u tipproponi tnaqqis ta’ 55% fl-emissjonijiet sal-2030
book
18 ta’ Settembru: Il-Kummissjoni tippreżenta l-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020-2025
handshake
23 ta’ Settembru: Patt ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil, biex tinbena l-fiduċja u jinstab bilanċ ġdid bejn ir-responsabbiltà u s-solidarjetà
day_95_-_european_climate_law.png
14 ta’ Ottubru: Strateġija għall-mewġa ta’ rinnovazzjoni: li tirdoppja r-rata ta’ rinnovazzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, tagħti spinta lill-irkupru u tnaqqas il-faqar enerġetiku
coins
28 ta’ Ottubru: Il-Kummissjoni tipproponi qafas biex tiżgura li l-ħaddiema fl-UE jkunu protetti b’pagi minimi adegwati li jippermettu għajxien deċenti kull fejn jaħdmu
icon
11 ta’ Novembru: Jittieħdu l-ewwel passi lejn il-bini ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa, biex jiġu żgurati tħejjija u rispons aktar b’saħħithom matul il-kriżijiet tas-saħħa attwali u futuri
20 NOVEMBRU 2020
Von der Leyen Commission: Timeline of the first year
Malti
(1.44 MB - PDF)
Iddawnlowdja