Mur għall-kontenut ewlieni

Dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea li tista’ ssirilhom żjara

Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni

Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni jorganizza taħriġ fuq il-post fl-universitajiet u żjarat ta’ studju fi Brussell.

Matul iż-żjara fuq diversi ġranet fl-università tiegħek, it-trainers tal-Kummissjoni joffru għażla ta’ 13-il modulu għall-għalliema u l-istudenti, li jvarjaw minn “l-ewwel passi fl-interpretazzjoni tal-konferenzi” għal “konferenzi fittizji” għal “kif għandha tiġi organizzata sessjoni ta’ taħriġ”.

Matul żjara minn nofs jum sa tlett ijiem fi Brussell, l-istudenti jitgħallmu dwar ir-reklutaġġ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-interpreti tal-UE u jipprattikaw f’“kabina fittizja” ma’ trainer.

Itlob taħriġ fuq il-post jew żjara ta’ studju 

Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi

Żjara fl-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tipprovdi spjegazzjoni tal-investigazzjonijiet tiegħu dwar:

  • il-frodi kontra l-baġit tal-UE
  • il-korruzzjoni u kondotta ħażina serja fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej 
  • il-politika kontra l-frodi għall-Kummissjoni Ewropea

Iż-żjarat għandhom jintalbu mill-anqas 10 ġimgħat bil-quddiem.

Itlob żjara fl-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi