L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta (UPD) irid iżomm reġistru tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar kollha ta’ dejta personali mwettqa mill-Kummissjoni. Ir-reġistru, li għandu jkun fih informazzjoni li tispjega l-iskop u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar kollha, huwa aċċessibbli għal kwalunkwe persuna interessata.
In-notifiki miżmuma fil-bażi tad-dejta għandhom jipprovdu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
- l-isem u l-indirizz tal-kontrollur u indikazzjoni tal-partijiet organizzattivi tal-istituzzjoni jew tal-korp fdati bl-ipproċessar ta’ dejta personali għal xi skop partikolari;
- l-iskopijiet tal-ipproċessar;
- deskrizzjoni tal-kategoriji tas-suġġetti tad-dejta u tad-dejta relatata magħhom;
- il-bażi legali tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li għalihom id-dejta hi maħsuba;
- ir-riċevituri li lilhom tkun tista’ tiġi żvelata d-dejta;
- indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta' żmien għall-imblukkar u t-tħassir tal-kategoriji differenti tad-dejta;
- it-trasferimenti proposti ta' dejta lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
- deskrizzjoni ġenerali li tippermetti li ssir stima preliminari ta’ kemm il-miżuri meħuda huma xierqa skont l-Artikolu 22 biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ipproċessar.
L-aċċess għar-reġistru