Kontribuzzjoni għat-tfassil tal-liġijiet permezz ta' konsultazzjonijiet pubbliċi u twassil ta' feedback

Hemm diversi opportunitajiet biex tikkontribwixxi għat-tfassil tal-liġijiet tal-UE huma u jevolvu – mill-fażi tal-preparazzjoni permezz tal-proposti għal liġijiet ġodda u għal evalwazzjonijiet dwar kif il-liġijiet eżistenti qed jiffunzjonaw.

Iċ-ċittadini jistgħu jikkontribwixxu għall-konsultazzjonijiet pubbliċi u għal diversi mekkaniżmi ta' feedback matul iċ-ċiklu tal-politika u jikkonsultaw kemm id-dokumenti relatati kif ukoll il-kontribuzzjonijiet riċevuti.

Fittex kemm konsultazzjonijiet miftuħin u magħluqin kif ukoll opportunitajiet ta' feedback jew irreġistra biex tirċievi notifiki bl-email biex tibqa' informat dwar kwalunkwe konsultazzjoni ġdida.

Tgħallem aktar dwar bosta modi li bihom tista' tikkontribwixxi għall-proċess tat-tfassil tal-liġijiet.

F'kull mument, int mistieden ukoll biex tipprovdi lill-Kummissjoni bl-opinjonijiet tiegħek dwar kif tagħmel il-liġijiet tal-UE aktar effettivi u effiċjenti permezz ta' "Ħaffef il-Piż – Semma’ Leħnek"!

Iż-żieda tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tal-partijiet ikkonċernati bil-liġi u t-tfassil tal-politika hi għan importanti tal-aġenda tal-Kummissjoni għar-regolamentazzjoni aħjar.