Il-prattika tal-impjegar

Il-Kummissjoni Ewropea ma tiddiskriminax fil-prattiki tal-impjegar tagħha u tipprovdi ambjent rispettabbli u flessibbli lill-impjegati tagħha. Il-kandidati jintgħażlu irrispettivament mis-sess, mir-razza, mill-kulur, mill-oriġini etnika jew soċjali, mill-fatturi ġenetiċi, mil-lingwa, mir-reliġjon, mill-konvinzjonijiet, mill-opinjonijiet politiċi jew kwalunkwe opinjoni oħra, mis-sħubija ta' minorità nazzjonali, mill-ġid, mit-twelid, mill-età, mid-diżabilità jew mill-orjentazzjoni sesswali.

Il-prattika tax-xogħol

Il-Kummissjoni Ewropea miexja lejn il-mira tagħha ta’ mill-inqas 40% ta’ nisa fi rwoli ta’ maniġment intermedju u superjuri sal-aħħar tal-mandat tagħha.

L-ugwaljanza bejn is-sessi

L-aktar data riċenti minn Novembru 2017

  • il-maniġers nisa fil-livelli kollha laħqu s-36% fl-1 ta’ Novembru 2017 (minn 30% fil-bidu tal-mandat)
  • fil-livell ta’ maniġment superjuri (Diretturi, Deputati Diretturi Ġenerali u Diretturi Ġenerali) is-sehem tan-nisa żdied għal 35% minn 27% fl-1 ta’ Novembru 2014
  • fil-livell ta’ maniġment intermedju (Kapijiet tal-Unità), 37% tal-maniġers huma nisa, meta mqabbel ma’ 31% meta bdiet il-Kummissjoni Juncker.

Il-kuntratturi u r-riċevituri ta’ finanzjament

Il-Kummissjoni ma tiddiskriminax fis-selezzjoni tal-kuntratturi u tar-riċevituri ta' finanzjament, jew fit-trattament tagħha tal-ilmenti jew tal-feedback taċ-ċittadini.

 

Dokumenti

IddawnlowdjaPDF - 115 KB
IddawnlowdjaPDF - 738.3 KB