L-EMAS hi għodda volontarja għall-immaniġġjar tal-ambjent għal kumpaniji biex tgħinhom jivvalutaw, jirrapportaw u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Sa Mejju 2016, kienu reġistrati mal-EMAS aktar minn 4,000 organizzazzjoni li jirrappreżentaw aktar minn 9,000 sit.

Fl-2005 il-Kummissjoni saret l-ewwel istituzzjoni Ewropea reġistrata mal-EMAS, u l-iskema issa tkopri s-siti kollha ewlenin tal-Kummissjoni fl-UE, li jirrappreżentaw 1.5 miljun m2 ta' spazju għall-uffiċċji.

  • 62 binja fi Brussell
  • 6 binjiet fil-Lussemburgu
  • is-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) f’Petten (in-Netherlands), f’Geel (il-Belġju), f’Sevilja (Spanja), f'Karlsruhe (il-Ġermanja) u f'Ispra (l-Italja)
  • is-sit tad-dipartiment tas-saħħa u sikurezza alimentari fi Grange (l-Irlanda)

Lista ta’ organizzazzjonijiet reġistrati fl-EMAS