Il-ħidma tal-Kummissjoni hi mmexxija minn tim ta' 28 Kummissarju - Kummissarju wieħed minn kull pajjiż tal-UE. Dan it-tim – uffiċjalment magħruf bħala l-Kulleġġ – hu mmexxi mill-President tal-Kummissjoni.

Aqra aktar dwar il-President attwali tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker.

Il-Kummissarji huma membri ta' timijiet ta' proġett, li jitmexxew mill-Viċi Presidenti. Dawn it-timijiet jiffokaw fuq oqsma ta' politika partikulari:

Irwol tal-Kummissarji

Għalkemm hemm Kummissarju wieħed minn kull pajjiż tal-UE, xogħolhom hu li jiddefendu l-interessi tal-UE b'mod sħiħ – aktar milli l-interess nazzjonali.

Fi ħdan il-Kummissjoni, huma jieħdu d-deċiżjonijiet. Pereżempju, kollettivament huma:

  • jieħu deċiżjonijiet dwar l-istrateġiji u l-politiki tal-Kummissjoni

  • jipproponu l-liġijiet, il-programmi ta’ finanzjament u l-baġit annwali għad-diskussjoni u l-adozzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill

Irwol tal-Kummissjoni Ewropea

Kompożizzjoni tal-kulleġġ

  • Il-President
  • Il-Viċi President Ewlieni
  • Il-Viċi President u r-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni
  • 4 Viċi Presidenti
  • 21 Kummissarju                

Aqra aktar dwar il-Kulleġġ attwali tal-Kummissarji 2014–2019 u l-prijoritajiet u t-timijiet ta’ proġetti assoċjati magħhom.

Tul tal-mandat

Tim ġdid ta' Kummissarji jinħatar kull 5 snin. It-tim attwali għandu mandat sal-31 ta' Ottubru 2019.   

Kif tinħatar il-Kummissjoni

Għażla tal-President

Kull ħames snin, il-Kunsill Ewropew - magħmul mill-kapijiet tal-stati u tal-gvernijiet tal-UE - jipproponi kandidat presidenzjali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew.

Dan il-kandidat għal president hu propost abbażi tal-formazzjoni politika tal-parlament wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; tipikament, dawn jintgħażlu mill-akbar familja politika fil-Parlament.

Jekk maġġoranza assoluta tal-membri tal-Parlament tappoġġja n-nominat/a, hu jew hi tiġi eletta.       

Għażla tat-tim

Il-president elett jagħżel il-Viċi Presidenti u l-Kummissarji potenzjali abbażi ta' suġġerimenti mill-pajjiżi tal-UE. Il-lista tan-nominati għandha tkun approvata mill-kapijiet tal-istati jew tal-gvernijiet kollha tal-UE, li jiltaqgħu fil-Kunsill Ewropew.

Kull nominat għandu jidher quddiem il-kumitat parlamentari bir-responsabbiltà tal-portafoll tiegħu. Il-membri tal-kumitat imbagħad jivvutaw dwar l-adegwatezza tan-nominat għall-pożizzjoni. Meta s-27 nominat jiġu approvati, il-Parlament kollu jivvota favur jew kontra l-approvazzjoni tat-tim sħiħ. Wara l-vot tal-Parlament, il-Kummissarji jinħatru mill-Kunsill Ewropew.

Dover ta' rendikont

Il-Kummissjoni Ewropea tinżamm responsabbli demokratikament mill-Parlament Ewropew, li għandu d-dritt li japprova jew iwarrab it-tmexxija politika kollha tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha wkoll tissottometti b'mod regolari rapporti lill-Parlament, inklużi rapport ta' sintesi u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

Teħid ta’ deċizjonijiet

Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet kollettivi tal-Kummissarji, ara r-Regoli ta’ Proċedura – taqsira.

Il-Kummissarji kollha huma ndaqs fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u miżmumin ugwalment responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni tiddeċiedi kollettivament dwar il-ħidma tagħha permezz ta’ proċedura bil-miktub jew orali.

Aqra aktar dwar il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet fl-UE.

Dokumenti

IddawnlowdjaPDF - 371.3 KB
IddawnlowdjaPDF - 291.1 KB
IddawnlowdjaPDF - 379.5 KB
IddawnlowdjaPDF - 312.6 KB