Tmexxija politika

Il-Kummissjoni hi mmexxija minn grupp ta' 28 Kummissarju, magħruf bħala "il-kulleġġ". Flimkien huma jiddeċiedu dwar id-direzzjoni politika u strateġika tal-Kummissjoni.

Kull 5 snin jinħatar Kulleġġ ġdid ta' Kummissarji.

Tmexxija politika

Dipartimenti u aġenziji

Il-Kummissjoni hi organizzata f'dipartimenti ta' politika, magħrufin bħala Direttorati Ġenerali (DĠ), li huma responsabbli għall-oqsma ta' politiki differenti. Id-DĠ jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmaniġġjaw il-politika, il-liġi u l-programmi ta' finanzjament tal-UE. Barra minn hekk, id-dipartimenti ta' servizz jittrattaw kwistjonijiet amministrattivi partikulari. L-aġenziji eżekuttivi jimmaniġġjaw programmi stabbiliti mill-Kummissjoni.

Il-lista sħiħa tad-Direttorati Ġenerali, tad-dipartimenti ta' servizz u tal-aġenziji eżekuttivi

Dipartimenti u aġenziji

Rilokazzjoni tal-aġenziji tal-UE bbażati fir-Renju Unit

Uffiċċji tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha uffiċċji mad-dinja kollha. Fl-UE, l-uffiċċji tar-rappreżentanzi jaġixxu bħala l-vuċi tal-Kummissjoni fil-pajjiż ospitanti. Fihom tista' ssib informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-UE, u tordna browxers, fuljetti u materjali oħrajn.

Uffiċċji barra l-UE, magħrufin bħala delegazzjonijiet, huma mmaniġġjati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Huma jgħinu kemm fil-promozzjoni tal-interessi u tal-politiki tal-UE kif ukoll iwettqu varjetà ta' programmi ta' assistenza.

Sib l-uffiċċji tal-Kummissjoni fl-UE u madwar id-dinja.

Uffiċċji lokali