Segwi lill-Kummissjoni fuq il-media soċjali

Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta l-ħidma tagħha permezz ta’ diversi mezzi tal-media soċjali li jintużaw b’mod wiesa’. Nistidnuk tikkontribwixxi għall-konverżazzjonijiet fuq il-kontijiet tagħna u tixxerja l-kontenut tagħna.

 

Politika ta’ moderazzjoni tal-media soċjali

Nieħdu pjaċir naraw l-espressjoni ta’ perspettivi u opinjonijiet differenti, iżda mhux se naċċettaw kummenti li huma offensivi fin-natura tagħhom stess jew li joffendu b’mod ċar lill-utenti l-oħrajn. 

Nitolbuk ma tużax lingwaġġ xewwiexi, insolenti jew offensiv. Jekk jogħġbok irrispetta lill-utenti l-oħrajn bħalek u l-prinċipji fundamentali komuni tagħna lkoll. Aħna ngħidu le għar-razziżmu, le għall-ksenofobija, le għad-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon, l-oriġini etnika, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, u l-bqija. Ma naċċettaw l-ebda sejħa għall-vjolenza.

Nitolbuk ukoll sabiex il-kummenti tiegħek iżommu mas-suġġett tal-posts tagħna. Tista’ tixxerja links għal paġni oħrajn, iżda jekk jogħġbok tibgħatx kummenti li jikkonsistu minn link biss.

Spam mhux se jkun ittollerat. Nirriżervaw id-dritt li nimmoderaw il-kummenti kollha li ma jirrispettawx dawn il-linji gwida.

L-intenzjoni tagħna hi li nwieġbu kemm jista’ jkun mistoqsijiet fl-iqsar żmien possibbli. Ma weġibniex il-mistoqsija tiegħek? Jekk jogħġbok għidilna fuq comm-social-media-team@ec.europa.eu.

Ritratti

Dment li ma jkunx stipulat mod ieħor, l-Unjoni Ewropea għandha d-dritt tal-awtur fuq ir-ritratti kollha ppubblikati fuq il-mezzi tagħna. Ritratti © L-Unjoni Ewropea jistgħu jintużaw liberament dment li jiġi rikonoxxut is-sors. Ma għandhomx jintużaw għal skopijiet kummerċjali jew b’mod offensiv.

Mistoqsijiet

Jekk għandek mistoqsijiet dwar il-Kummissjoni Ewropea u l-attivitajiet tagħha, ikkuntattjana permezz ta’  https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/contact_en.

Il-protezzjoni tad-data fuq il-media soċjali

Ċaħda ta’ responsabbiltà ġenerali

Il-Kummissjoni Ewropea tuża l-media soċjali biex tippreżenta l-ħidma tagħha permezz ta’ dawn il-mezzi li jintużaw b’mod wiesa’.

Tista’ taċċessa l-kontijiet tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-pjattaformi tal-media soċjali direttament mis-sit web tagħna.

Biex nipproteġu l-privatezza tiegħek, il-buttuni tal-media soċjali fuq il-paġni tas-sit web tagħna li jwasslu għal kanali esterni tal-media soċjali ma jissettjawx cookies meta tkun qed iżżur il-paġni tas-sit web tagħna fuq l-apparati tiegħek, u lanqas m’int se tiġi ridirett immedjatament lejn il-media soċjali jew siti web oħra. Jekk tikklikkja biex tidderieġi mill-ġdid lejn kanal jew sit web estern tal-media soċjali, tista’ tintalab minn dawk il-pjattaformi biex taċċetta l-preferenzi tal-cookies tagħhom. 

Kull mezz tal-media soċjali għandu l-politika tiegħu dwar il-mod kif jipproċessa d-data personali tiegħek meta taċċessa s-siti tiegħu. Pereżempju, jekk tagħżel li tara wieħed mill-videos tagħna fuq il-YouTube, tintalab tagħti l-kunsens espliċitu biex taċċetta l-cookies tal-YouTube; jekk tħares lejn l-attività tagħna tat-Twitter fuq it-Twitter, tintalab tagħti l-kunsens espliċitu biex taċċetta l-cookies tat- Twitter; l-istess japplika għall-preżenza tagħna fuq il-LinkedIn, il-Facebook, l-Instagram u s-Spotify.

Jekk għandek xi tħassib jew mistoqsija dwar l-użu tad-data personali tiegħek, għandek taqra bir-reqqa l-politiki ta’ privatezza tagħhom qabel ma tużahom.

L-ideat u l-fehmiet espressi mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-media soċjali huma għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. L-ebda komunikazzjoni permezz tal-media soċjali ma għandha titqies li tikkostitwixxi avviż legali jew uffiċjali f’isem il-Kummissjoni Ewropea.

Dikjarazzjoni ta' privatezza dwar il-protezzjoni ta' data personali

Ikkonsulta d-dikjarazzjoni tagħna dwar il-protezzjoni tad-data għall-media soċjali.

IddawnlowdjaPDF - 737.5 KB

Inizjattivi tal-Kummissjoni dwar il-media soċjali

Ta’ spiss inniedu inizjattivi biex ninvolvu ruħna man-nies fl-Ewropa u fid-dinja kollha.

#AskThePresident

Ask President von der Leyen

#AskThePresident hija opportunità unika biex tistaqsi l-mistoqsija tiegħek lill-President Ursula von der Leyen.

Il-mistoqsijiet online għandhom jintbagħtu f’format video (mass. ta’ 30 sekonda) permezz tal-Facebook, l-Instagram, it-Twitter jew bl-email.

Il-mistoqsijiet se jintgħażlu abbażi tal-kwalità tal-video u tar-rilevanza tal-mistoqsija, għal sessjoni ta’ M&T irreġistrata mal-President.
Il-parteċipanti li għandhom inqas minn 18-il sena għandhom bżonn ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub tal-ġenituri li trid tintbagħat flimkien mal-video.

 

#SpaceChat

SpaceChat ask an astronaut

Hemm xi mistoqsijiet dwar l-ispazju u kif dan jgħin biex jiġu indirizzati l-aktar sfidi urġenti li qed niffaċċjaw? Ingħaqad mal-#SpaceChat tagħna.

Il-mistoqsijiet online għandhom jintbagħtu f’format video (mass. ta’ 30 sekonda) permezz tal-Facebook, l-Instagram, it-Twitter jew bl-email.

Il-mistoqsijiet se jintgħażlu abbażi tal-kwalità tal-video u r-rilevanza tal-mistoqsija, għal chat live mal-President von der Leyen u Matthias Maurer.

Il-parteċipanti li għandhom anqas minn 18-il sena għandhom bżonn ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub tal-ġenituri li trid tintbagħat flimkien mal-video.

Termini u kundizzjonijiet ta’ #AskThePresident u #SpaceChat

IddawnlowdjaPDF - 231 KB