Il-benefiċċji tal-euro

Il-benefiċċji tal-euro

L-euro nħoloq għax munita unika toffri ħafna vantaġġi u benefiċċji mis-sitwazzjoni preċedenti fejn kull Stat Membru kellu l-munita tiegħu. L-euro mhux biss jelimina r-riskji tat-tlugħ u nżul u tal-ispejjeż tal-iskambji, iżda jfisser ukoll kooperazzjoni eqreb fost l-Istati Membri għal munita u ekonomija stabbli li minnhom nibbenefikaw kollha kemm aħna.

L-opinjoni pubblika dwar l-euro

L-opinjoni pubblika dwar l-euro

Huwa essenzjali li jiġi mmonitorjat l-istat tal-opinjoni pubblika dwar l-euro u li nifhmu l-fatturi sottostanti li jinfluwenzawh. Dan jgħin biex jinstab nuqqas ta’ tagħrif fost iċ-ċittadini tal-UE u biex nadattaw messaġġi u għodod ta' komunikazzjoni għall-ħtiġijiet veri.

Sib kelliem għall-avveniment tiegħek dwar l-euro

Sib kelliem għall-avveniment tiegħek dwar l-euro

Jekk qed torganizza xi avveniment għal organizzazzjoni, skola jew xi istituzzjoni oħra dwar l-UEM u/jew l-euro u tixtieq tagħti lill-udjenza tiegħek informazzjoni speċjalizzata u aġġornata ibgħat it-talba tiegħek lir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'pajjiżek, huma lesti li jgħinuk issib l-aħjar kelliem għalik.