Il-Kummissjoni Ewropea b’mod regolari twettaq stħarriġiet tal-opinjoni fil-pajjiżi taż-żona tal-euro u fl-Istati Membri l-aktar reċenti tal-UE li mistennija jadottaw l-euro.

Kull Ewrobarometru Flash jinkludi rapport fil-qosor, b'tabelli tal-valutazzjoni tal-pajjiżi mill-2006 ’l quddiem, u rapport analitiku fid-dettall.

L-istħarriġiet tal-opinjoni fl-Istati Membri taż-żona tal-euro

L-istħarriġiet tal-opinjoni fl-Istati Membri li għad iridu jadottaw l-euro

Informazzjoni ta’ sfond dwar l-istħarriġiet tal-opinjoni

It-tnedija ta’ karti u muniti tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2002 kienet preċeduta u segwita minn sorveljanza intensiva tal-opinjoni pubblika. Il-votazzjoni bdiet fis-sena 2000, u saret kważi kull xahar fl-2001 u x-xhur immedjatament wara l-bidla għall-euro, u kompliet minn dakinhar ’l hawn, għalkemm b’intervalli itwal. Sa minn tmiem l-2002, l-istat tal-opinjoni pubblika ġie mkejjel u evalwat mill-Kummissjoni mill-inqas darba fis-sena fil-pajjiżi taż-żona tal-euro, u r-riżultati ta’ dawn l-istħarriġiet, flimkien mad-data tal-2000-2002, jippermettu li naraw kif il-perspettivi taċ-ċittadini taż-żona tal-euro dwar il-munita l-ġdida tagħhom evolvew maż-żmien.

Ġew imwettqa wkoll stħarriġiet tal-opinjoni mill-Kummissjoni darbtejn fis-sena mill-2004 fil-pajjiżi li ngħaqdu mal-UE minn dak iż-żmien u qed jippreparaw biex jadottaw l-euro. Il-frekwenza tal-istħarriġiet tista’ tiżdied f’dawk il-pajjiżi li waslu biex jadottaw l-euro jew għadhom kemm għamlu dan, bħalma huma l-Latvja (2014) u l-Litwanja (2015). F’dawn il-każijiet, l-istħarriġiet jistgħu jkunu aktar frekwenti u jqajmu kwistjonijiet addizzjonali.

Il-biċċa l-kbira tal-istħarriġiet jieħdu l-forma ta’ intervisti bit-telefown u jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-Ewrobarometru, fejn jinstabu wkoll studji kwalitattivi inqas frekwenti bbażati fuq intervisti wiċċ imb’ wiċċ u gruppi li jiffukaw fuq temi speċifiċi.