Mur għall-kontenut ewlieni

Sib l-għajnuna fid-difiża ta’ drittijietek fl-UE

Drittijietek fl-UE

Bħala ċittadin ta’ pajjiż tal-UE – jew ċittadin tal-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja – inti għandek ċerti drittijiet meta tgħix jew tistudja fil-pajjiżi Ewropej l-oħrajn.

F’xi każijiet, l-UE tista’ tgħin jekk għandek problemi biex tasserixxi dawn id-drittijiet fil-prattika.

F’ħafna każijiet, l-aħjar post fejn wieħed jista’ jikseb l-għajnuna hija minn korpi nazzjonali, aktar milli mill-UE.

Problemi ma' awtorità pubblika f'pajjiż ieħor tal-UE

  • id-drittijiet tas-sigurtà soċjali (benefiċċji tal-familja, kura tas-saħħa urġenti, pensjonijiet, ...)
  • id-drittijiet ta’ residenza tiegħek jew dawk tal-qraba tiegħek li mhumiex mill-UE
  • ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħek
  • ir-reġistrazzjoni tal-vetturi
  • il-liċenzji tas-sewqan

Ressaq il-problema tiegħek

Drittijiet tal-konsumatur

Ix-xiri ta’ oġġetti jew ta’ servizzi fil-pajjiż fejn qed tgħix Ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi f’pajjiż ieħor tal-UE Tilwim barra l-qorti ma’ servizz finanzjarju Tilwim barra l-qorti dwar oġġetti li nxtraw online Tagħmel jew tirċievi pagamenti f’pajjiż barra l-UE

Diskriminazzjoni

Ir-razza jew l-etniċità, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età, is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali In-nazzjonalità

Trattament inġust minn entità tal-UE

Ilmenta jew ikseb informazzjoni mingħand l-Ombudsman tal-UE

Assistenza konsulari

  • passaport mitluf jew misruq
  • aċċident serju, mard jew mewt
  • offiża vjolenti
  • arrest jew detenzjoni
  • assistenza ta' emerġenza jew ripatrijazzjoni

Sib ambaxxata jew konsulat