In-navigazzjoni, l-istruttura u l-kontenut tas-sit web tal-Kummissjoni

Fil-paġna ewlenija, il-labels ewlenin tan-navigazzjoni huma ddisinjati biex jagħtuk l-aktar aċċess faċli possibbli għall-kontenut li teħtieġ.

Alternattivament, tista’ tinnaviga skont is-suġġett.

Is-sit jikkonsisti f'2 partijiet interkonnessi:

  • taqsima politika, li tikkomunika l-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni
  • taqsima tal-informazzjoni komprensiva, strutturata madwar il-ħtiġijiet tal-utent

Se ssib ukoll links għal siti web oħra li fihom aktar informazzjoni mid-dipartimenti u s-servizzi tal-Kummissjoni.

 

Il-lingwi

Il-Kummissjoni hija impenjata li tipprovdi lill-utenti b’informazzjoni bil-lingwa li jeħtieġu. Fuq is-sit il-ġdid, xi kontenut se jkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u xi kontenut b’anqas lingwi, abbażi tal-ħtiġijiet tal-utenti.

Aktar dwar il-politika tal-lingwa għal dan is-sit web
 

L-aċċessibbiltà

Qed nagħmlu l-preżenza l-ġdida tal-Kummissjoni fuq il-web aċċessibbli kemm jista' jkun u li hi faċli tintuża mill-utenti kollha - inklużi nies b'diżabbiltajiet jew nies mingħajr aċċess għall-aħħar teknoloġiji. Qed nippruvaw ukoll nagħmlu s-sit aċċessibbli fuq browsers tal-internet, apparat u veloċitajiet ta' konnessjonijiet differenti. 
Dettalji sħaħ tal-linji gwida dwar l-aċċessibbiltà li qed insegwu.