Il-forża tax-xogħol tas-saħħa

Ħarsa Ġenerali

Il-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa li jwasslu s-servizzi tas-saħħa u jilħqu d-domandi tal-kura li dejjem jinbidlu tiddependi b'mod qawwi fuq id-disponibilità ta’ forza tax-xogħol bil-ħiliet u l-flessibilità x-xierqa. Is-sistemi tas-saħħa li jappoġġjaw livelli għoljin ta’ edukazzjoni u taħriġ inizjali, kif ukoll investiment konsistenti fl-iżvilupp professjonali kontinwu, huma mgħammra aħjar biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi u integrati b'reazzjoni għall-akbar sfidi li qed taffaċċja l-UE.

/health/file/32073_mtexternalinternal_forces.jpg

L-Istat tas-Saħħa fl-UE u r-rapport ta’ akkumpanjament jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tar-riformi mmirati lejn l-indirizzar tal-kwistjonijiet kritiċi tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa bħall-provvista, id-distribuzzjoni u t-taħlita ta’ ħiliet tradizzjonali, biex jiġu msaħħa l-prevenzjoni, il-kura tas-saħħa primarja u t-twassil ta’ servizz integrat.

 

/health/file/32074_mtdriving_forces.jpg

Il-Kummissjoni Ewropea tinkoraġġixxi attivitajiet mal-UE kollha fl-ippjanar u t-tbassir tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa, bħala appoġġ lill-pajjiżi tal-UE biex japplikaw it-teorija fil-prattika fil-bini tal-kapaċitajiet nazzjonali.

Mill-2012, hi kkontribwixxiet fl-indirizzar tal-isfidi u d-domandi permezz ta’ dawn l-inizjattivi:

SEPEN - Appoġġ għan-network tal-esperti fl-ippjanar u t-tbassir tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa (2017 - 2018)

L-iskambju tal-għarfien espert u l-informazzjoni dwar it-titjib tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa għandu jitmexxa permezz tas-SEPEN, network tal-esperti dwar l-ippjanar u t-tbassir, l-aktar azzjoni reċenti appoġġjata mill-Programm dwar is-Saħħa tal-UE.

Din l-azzjoni, li tibni fuq ix-xogħol preċedenti tal-Azzjoni Konġunta għall-ippjanar u t-tbassir tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa (2013-2016), għandha l-għan li:

  • Tiżviluppa networking bejn l-esperti biex l-għarfien jiġi strutturat u skambjat u jkun hemm forum li jindirizza l-isfidi tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa
  • Tistabbilixxi liema huma l-politiki tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa fil-pajjiżi kollha tal-UE
  • Trawwem l-iskambju tal-għarfien u tal-prattiki tajbin fil-qasam tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma Ewropej
  • Tipprovdi appoġġ imsawwar b’mod individwali lil xi pajjiżi dwar l-implimentazzjoni nazzjonali tal-ippjanar tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa
  • Tagħti pubbliċità u tiddokumenta dawn l-azzjonijiet fuq is-sit web.

L-Azzjoni Konġunta dwar l-Ippjanar u t-Tbassir tal-Forza tax-Xogħol fis-Settur tas-Saħħa (2013 – 2016)

L-azzjoni konġunta tal-Kummissjoni dwar l-ippjanar u t-tbassir tal-forza tax-xogħol iffinanzjata mill-Programm dwar is-Saħħa, kellha 30 sieħeb assoċjat u 34 sieħeb kollaborattiv minn 28 pajjiżi Ewropej jaħdmu flimkien għall-avvanz ta’ din il-kwistjoni.

Il-pjan ta’ azzjoni għall-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa tal-UE (2012)

Biex tindirizza dawn l-isfidi u ttejjeb l-impjiegi, fl-2012 il-Kummissjoni Ewropea fasslet pjan ta’ azzjoni biex tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien biex:

  • Itejbu l-ippjanar u t-tbassir tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa
  • Jantiċipaw il-bżonnijiet tal-ħiliet futuri u jtejbu l-iżvilupp professjonali kontinwu.