Tilqim

Influwenza

It-tilqim għandu rwol vitali fil-protezzjoni tan-nies kontra l-influwenza. Fl-Unjoni Ewropea huwa stmat li, it-tilqim kontra l-influwenza staġjonali waħdu, jipprevjeni sa 37,000 mewta kull sena.

Tilqim staġjonali

Hekk kif il-virusijiet tal-influwenza staġjonali jevolvu kull sena, it-tilqim irid ikun riamministrat kull sena biex ikun żgurat li jibqa’ effettiv. Fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jipprovdi analiżi interim tal-istat attwali ta’ implimentazzjoni dwar il-progress tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tilqim kontra l-influwenza staġjonali, iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex jimpenjaw ruħhom biex 75% ta’ dawk fil-gruppi f’riskju jitlaqqmu kontra l-influwenza staġjonali kull sena.

Biex tiżgura li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal tilqim sikur u effettiv, il-Kummissjoni taħdem ma’:

Tilqim kontra l-pandemiċi

Meta jkun hawn pandemija, il-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi tal-UE fil-koordinazzjoni tar-rispons tagħhom, inklużi miżuri marbuta mat-tilqim. Fl-2009 pereżempju, għenet fl-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali ta’ tilqim kontra l-influwenza pandemika tal-H1N1 (jew l-“influwenza tal-ħnieżer”).

Peress li l-iżvilupp ta’ tilqima tista’ sseħħ biss ladarba l-virus ikun ġie identifikat (li jista’ jieħu bosta xhur), il-Kummissjoni flimkien mal-EMA, ħadet miżuri biex tħaffef il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ladarba tkun dikjarata pandemija.

Hija ħadmet ukoll mal-EMA, l-ECDC u partijiet ikkonċernati oħrajn biex toħloq sistema effettiva għall-monitoraġġ ta’ reazzjonijiet avversi meta tibda tintuża tilqima.