Tilqim

Virus tal-Papilloma Uman (HPV)

Għan-nisa fl-UE li għandhom bejn 15 u 44 sena, il-kanċer ċervikali huwa t-tieni forma l-aktar komuni wara l-kanċer tas-sider. Il-kanċer ċervikali huwa kkawżat minn ċerti tipi tal-virus tal-papilloma umana (HPV). Fi studji differenti, l-HPV ġie individwat f’iktar minn 90% tal-kanċrijiet ċervikali.

Hemm tilqim li jista’ jipprevjeni l-infezzjoni bit-tipi tal-HPV li jikkawżaw l-aktar il-kanċer. Il-pajjiżi bi programmi ta’ skrining tal-kanċer ċervikali naqqsu sostanzjalment l-inċidenza tal-kanċer ċervikali u l-imwiet.

Awtorizzazzjoni tal-UE – tliet tilqimiet kontra l-HPV

Wara l-approvazzjoni mill-kumitat xjentifiku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-UE awtorizzat il-kummerċjalizzazzjoni ta’ tliet tilqimiet kontra l-HPV li jipprevjenu infezzjonijiet bit-tliet varjetajiet ewlenin tal-HPV li jikkawżaw il-kanċer ċervikali:

Ħidma dwar l-HPV mill-ECDC

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jipprovdi informazzjoni dwar l-HPV u l-kanċer ċervikali.

Skrining tal-kanċer

It-tilqim kontra l-HPV ma jagħtix protezzjoni sħiħa kontra l-kanċer ċervikali u t-tilqima mhijiex sostitut għal skrining ċervikali regolari. L-awtoritajiet nazzjonali huma mħeġġa li jwettqu skrining ċervikali għall-popolazzjoni kollha permezz ta’ smear test qabel l-introduzzjoni tat-tilqima kontra l-HPV. Dan l-iskrining għandu jqis il-Linji gwida Ewropej għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-iskrining u fid-dijanjosi tal-kanċer ċervikali.