Verifika tat-teknoloġija tas-saħħa

L-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA

L-UE tippromwovi l-kooperazzjoni dwar l-HTA permezz tal-appoġġ tagħha lill-azzjonijiet konġunti tal-EUnetHTA.

Fl-2004, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri talbu l-istabbiliment ta’ netwerk Ewropew sostenibbli dwar l-HTA. Dan beda fl-2005 meta grupp ta’ 35 organizzazzjoni bdew il-proġett EUnetHTA 1 (2006-2008), li esplora possibbiltajiet u sfidi ewlenin għal aktar kollaborazzjoni transnazzjonali.

Minn dakinhar ’l hawn, biex tappoġġja l-kooperazzjoni bejn il-korpi tal-HTA, il-Kummissjoni Ewropea għamlet investimenti sostanzjali. Twettqu żewġ Azzjonijiet Konġunti (EUnetHTA JA): l-EUnetHTA 1 mill-2010-2012 (b’baġit ta’ EUR 6 miljun), u l-EUnetHTA 2 mill-2012-2015 (b’baġit ta’ EUR 9.5 miljun). L-Azzjoni Konġunta 1 qegħdet fil-prattika kooperazzjoni effettiva u sostenibbli dwar l-HTA fl-Ewropa u l-Azzjoni Konġunta 2 saħħet l-applikazzjoni prattika tal-għodda u l-approċċi għall-kooperazzjoni transkonfinali dwar l-HTA.

F’Ġunju 2016 tnediet it-Tielet Azzjoni Konġunta (EUnetHTA 3 b’baġit ta’ EUR 20 miljun) u se tkun attiva sal-2020. L-Azzjoni Konġunta 3 tibni fuq dak li tgħallimna, is-suċċessi u l-prodotti tal-azzjonijiet preċedenti.