Health systems performance assessment

Ħarsa ġenerali

Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa hi essenzjali biex nifhmu kif jaħdmu, u għalhekk biex jiġu mtejbin. Hi proċess kumpless li jinvolvi miżuri statistiċi, analiżi profonda u żvilupp ta’ azzjonijiet prattiċi. Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistemi tas-Saħħa (HSPA) tajba tinkiseb permezz ta’ azzjonijiet konġunti ta’ atturi differenti, inklużi dawk li jfasslu l-politika, l-istituti tal-istatistika, ir-riċerkaturi, il-provvedituri tal-kura tas-saħħa, u l-pazjenti.

L-HSPA tipprovdi approċċ b’saħħtu bbażat fuq l-evidenza għat-tfassil tal-politika. Hi tista’ wkoll isservi ta’ qafas strateġiku għall-fornituri tas-saħħa biex jimmonitorjaw il-progress u jivvalutaw l-aħjar prattiki, billi jillinkjaw ir-riżultati tas-saħħa mal-istrateġiji u l-funzjonijiet tas-sistema tas-saħħa.

Aktar minn hekk, valutazzjoni tal-prestazzjoni tajba tipprovdi trasparenza u evidenza oġġettiva li tiżġura akkontabbiltà liċ-ċittadini. Għarfien tajjeb ta’ kif jaħdmu s-sistemi tas-saħħa hu wkoll il-prekundizzjoni biex jitfassal titjib effettiv għall-benefiċċju tal-pazjenti.

Il-Grupp ta' Esperti

Il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet Grupp ta’ Esperti dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistemi tas-Saħħa biex tipprovdi lill-pajjiżi tal-UE forum biex jiskambjaw l-esperjenzi f’dan il-qasam u biex jappoġġjaw lil dawk li jfasslu l-politika nazzjonali billi jidentifikaw għodod u metodoloġiji biex jiżviluppaw l-HSPA. Organizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WHO u l-OECD jikkontribwixxu b’mod proattiv għax-xogħol tal-Grupp ta’ Esperti.

L-ammont tax-xogħol tiegħu hu inkwadrat madwar l-oqsma ta’ prijorità billi jiffoka fuq l-identifikazzjoni ta’ għodod u ta’ metodoloġiji biex tiġi valutata tema differenti kull sena jiġifieri l-kwalità tal-kura, il-kura integrata, u l-kura primarja.

Il-Grupp ta’ Esperti jappoġġja attivitajiet imfasslin fil-pajjiżi li huma interessati li japprofondixxu aktar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni fil-livell nazzjonali. Hu jinvolvi lilu nnifsu wkoll biex jidderieġi l-attenzjoni politika lejn il-kwisjoni tal-HSPA, sabiex ir-riżultati tiegħu jikkontribwixxu għal tfassil tajjeb tal-politika.

/health/file/29952_mtexpertgp_strands.jpg

Ir-rapporti tal-Grupp ta’ Esperti

Informazzjoni relatata