State of Health in the EU

L-iskambji volontarji

Il-Ministeri tas-Saħħa fl-UE kollha huma mħeġġa biex jużaw l-analiżi u l-opinjonijiet mogħtija f’Health at a Glance: Europe, il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi, u r-Rapport ta’ Akkumpanjament biex jinfurmaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet. Filwaqt li jittieħed kont ta’ dan, l-iskambji volontarji jistgħu jiġu mitluba mal-esperti responsabbli għat-twettiq tal-analiżi, biex jikkontribwixxu bl-għarfien espert tagħhom, ikun hemm fehim aħjar tal-kwistjonijiet ikkonċernati, u jiġu żviluppati risponsi ta’ politika possibbli.

L-iskambji volontarji huma organizzati mill-OECD u l-esperti tal-Osservatorju, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, u b’rabta mill-qrib mal-pajjiż tal-UE li qed jitlob, biex ikun hemm lok għal konversazzjoni ta’ segwitu fil-livell nazzjonali jekk u meta dan jitqies utli mill-pajjiż ikkonċernat. Dan jippermetti lil pajjiż individwali tal-UE, jew grupp żgħir ta’ pajjiżi tal-UE, li jesplora(w) kwistjonijiet ewlenin fil-Profil(i) tas-Saħħa tal-Pajjiż(i) rispettiv(i), ir-Rapport ta’ Akkumpanjament, u l-Health at a Glance: Europe.

L-iskambji volontarji huma mfassla biex jiffaċilitaw id-djalogu u l-iskambju sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-kwistjonijiet sottostanti, ikun hemm qsim tal-aħjar prattiki u tiġi appoġġjata l-azzjoni politika nazzjonali jekk tkun meħtieġa. L-ambitu, il-kontenut u l-format ta’ kull skambju volontarju huma mfassla għall-ħtiġijiet u l-preferenzi speċifiċi tal-pajjiż u jistgħu jsiru bħala seminar, sessjoni ta' ħidma, simpożju jew djalogu ta' politika.

Il-Ministeri tas-Saħħa nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għall-iskambji volontarji.