State of Health in the EU

Health at a Glance: Europe

Is-serje ta’ rapporti Health at a Glance: Europe tkejjel il-progress lejn sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti fl-UE kollha. Ir-rapport – li jiġi ppubblikat kull sentejn – jipprovdi tqabbil newtrali u deskrittiv tal-pajjiżi kollha tal-UE abbażi ta’ data u indikaturi disponibbli pubblikament.

Ir-rapport l-aktar riċenti Health at a Glance: Europe ġie ppubblikat f’Novembru 2020. Din il-pubblikazzjoni, żviluppata mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, tipprovdi analiżi tal-istat tas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE u l-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tal-UE.

Minbarra l-kapitoli dwar l-istatus tas-saħħa, il-fatturi ta’ riskju għas-saħħa, in-nefqa fuq is-saħħa, il-kwalità u l-aċċess għall-kura f’36 pajjiż Ewropew, ir-rapport tal-2020 jinkludi 2 kapitoli tematiċi ta’ rilevanza kbira għall-aġenda tal-UE. L-ewwel kapitolu jipprovdi analiżi u valutazzjoni fil-fond tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa Ewropej għall-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19. It-tieni kapitolu jippreżenta valutazzjoni tal-impatt tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa fl-Ewropa.

Health at a Glance: Europe 2020

Ir-rapport l-aktar riċenti Health at a Glance: Europe