State of Health in the EU

Health at a Glance: Europe

Is-serje ta’ rapporti Health at a Glance: Europe tkejjel il-progress lejn sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti fl-UE kollha. Ir-rapport li jiġi ppubblikat kull sentejn jipprovdi tqabbil newtrali u deskrittiv tal-pajjiżi kollha tal-UE abbażi ta’ data u indikaturi disponibbli pubblikament.

F’Novembru 2018 ġie ppubblikat l-aktar rapport reċenti Health at a Glance: Europe. Din il-pubblikazzjoni, żviluppata mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, tipprovdi analiżi tal-istat tas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE u l-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tal-UE.

Minbarra l-kapitli b’indikaturi ta’ statistika ta’ 35 pajjiż Ewropew, ir-rapport tal-2018 jinkludi żewġ kapitli transversali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-UE: il-promozzjoni tas-saħħa mentali u t-tnaqqis tal-infiq ineffiċjenti.

Informazzjoni relatata:

Rapporti preċendeti tal-OECD Health at a Glance: Europe

Viewer tal-pajjiżi interattiv