State of Health in the EU

Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi

Esperti mill-OECD u l-Osservatorju ħejjew sett ta’ 30 Profil tas-Saħħa tal-Pajjiżi, li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll l-Iżlanda u n-Norveġja. Il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi ta’ State of Health in the EU huma mfassla biex ikunu punt uniku ta’ għarfien u informazzjoni dwar is-sistema tas-saħħa tal-pajjiżi, imqiegħda f’perspettiva ta’ paragun bejn il-pajjiżi tal-UE. Huma akkumpanjati minn Rapport ta’ Akkumpanjament.

Il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi huma riżorsa komprensiva li tkopri l-aħħar sfidi u tweġibiet dwar il-politika tas-saħħa f’kull pajjiż. Kull profil hu bbilanċjat bejn il-profondità u l-qosor biex jipprovdi analiżi aċċessibbli u utli għal udjenza wiesgħa. Għalkemm il-profili huma mibnija skont mudell u metodoloġija standard, il-fokus ta’ kull profil ġie adattat għall-ispeċifiċitajiet tal-pajjiż, biex tiġi massimizzata r-rilevanza ta’ kull analiżi. Mill-ewwel edizzjoni tagħhom fl-2017 ’l hawn, il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi saru bażi ta’ għarfien u informazzjoni fost il-komunità tal-politika tas-saħħa tal-UE.

Kull Profil tas-Saħħa tal-Pajjiżi jipprovdi sinteżi tal-istatus tas-saħħa fil-pajjiż, id-determinanti tas-saħħa (li jiffukaw fuq fatturi ta’ riskji relatati mal-imġiba), rendikont tal-organizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa, kif ukoll analiżi tal-effettività, l-accessibbiltà u r-reżiljenza ta’ kull sistema tas-saħħa. Din tal-aħħar issegwi l-objettiv triplu stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-2014 mill-Kummissjoni biex jiġu ttrasformati s-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa u jsiru adatti għall-futur.

Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi 2019

* Jekk jogħġbok uża l-Internet Explorer jekk tiltaqa’ ma’ problemi biex tiftaħ il-fajls fil-Google Chrome.

 L-Awstrija: Ġermaniż - Ingliż  L-Italja: Taljan - Ingliż
 Il-Belġju: Olandiż - Franċiż - Ingliż  Il-Latvja: Latvjan - Ingliż
 Il-Bulgarija: Bulgaru - Ingliż  Il-Litwanja: Litwan - Ingliż
 Il-Kroazja: Kroat - Ingliż  Il-Lussemburgu: Franċiż - Ingliż
 Ċipru: Grieg - Ingliż  Malta: Ingliż
 Iċ-Ċekja: Ċek - Ingliż  In-Netherlands: Olandiż - Ingliż
 Id-Danimarka: Daniż - Ingliż  In-Norveġja: Norveġiż - Ingliż
 L-Estonja: Estonjan - Ingliż  Il-Polonja: Pollakk - Ingliż
 Il-Finlandja: Finlandiż - Ingliż  Il-Portugall: Portugiż - Ingliż
 Franza: Franċiż - Ingliż  Ir-Rumanija: Rumen - Ingliż
 Il-Ġermanja: Ġermaniż - Ingliż  Is-Slovakkja: Slovakk - Ingliż
 Il-Greċja: Grieg - Ingliż  Is-Slovenja: Sloven - Ingliż
 L-Ungerija: Ungeriż - Ingliż  Spanja: Spanjol - Ingliż
 L-Iżlanda: Iżlandiż - Ingliż  L-Iżvezja: Żvediż - Ingliż
 L-Irlanda: Ingliż  Ir-Renju Unit: Ingliż

Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi 2017