State of Health in the EU

Rapport ta’ Akkumpanjament

Il-Kummissjoni tippreżenta Rapport ta’ Akkumpanjament flimkien mal-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi biex titfa’ dawl fuq xi osservazzjonijiet orizzontali – xejriet li jinsabu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, jekk mhux f’kollha kemm huma. Inevitabbilment, dan jolqot il-bidliet demografiċi u teknoloġiċi, iċ-ċaqliqa lejn il-kura primarja u l-prevenzjoni, u l-piż fuq il-forza tax-xogħol tas-saħħa.

Ir-Rapport ta’ Akkumpanjament ta’ State of Health in the EU tal-2019 juri ħames punti ewlenin rilevanti għall-UE kollha mill-analiżi li tirfed il-profili (Parti 1), filwaqt li jżid ukoll is-sejbiet ewlenin speċifiċi għall-pajjiżi (Parti 2).

Bħar-rapporti kollha ta’ State of Health in the EU, il-Parti 1 tar-Rapport ta’ Akkumpanjament hija strutturata fuq l-objettiv triplu tal-effettività, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza.

  • Id-dimensjoni tal-effettività hija mmirata biss lejn il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard. L-ewwel żewġ kapitli jiffokaw fuq l-eżitazzjoni tat-tilqim (Kapitlu 1) u t-trasformazzjoni diġitali (Kapitlu 2).
  • Fir-rigward tal-aċċessibbiltà, ir-Rapport ta’ Akkumpanjament jipprova jikseb stampa aktar ċara tal-ostakli li jesperjenzaw iċ-ċittadini tal-UE fl-Ewropa kollha biex jaċċessaw il-kura tas-saħħa, inklużi l-karatteristiċi soċjoekonomiċi kif ukoll il-profili kliniċi (Kapitlu 3).
  • Biex jipprovdi għarfien dwar ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tal-UE, ir-rapport jittratta t-temi tat-trasferiment tal-kompiti fl-għoti tas-servizzi tas-saħħa (Kapitlu 4) u jeżamina l-implikazzjonijiet possibbli taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti farmaċewtiċi għal mediċini sikuri, effettivi u bi prezz raġonevoli (Kapitlu 5).

Il-Parti 2 tar-rapport tittratta s-sejbiet ewlenin mill-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi mħejjija mill-OECD u l-European Observatory on Health Systems and Policies.

Videos

Ħames videos jippreżentaw l-akbar xejriet fit-trasformazzjoni tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa:

Aktar informazzjoni

Edizzjonijiet preċedenti tar-Rapport ta’ Akkumpanjament