Skip to main content
Public Health

Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi

Esperti mill-OECD u l-Osservatorju ħejjew sett ta’ 30 Profil tas-Saħħa tal-Pajjiżi, li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll l-Iżlanda u n-Norveġja. Il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi ta’ State of Health in the EU huma mfassla biex ikunu punt uniku ta’ għarfien u informazzjoni dwar is-sistema tas-saħħa tal-pajjiżi, imqiegħda f’perspettiva ta’ paragun bejn il-pajjiżi tal-UE. Huma akkumpanjati minn Rapport ta’ Akkumpanjament.

Il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi huma riżorsa komprensiva li tkopri l-aħħar sfidi u tweġibiet dwar il-politika tas-saħħa f’kull pajjiż. Kull profil hu bbilanċjat bejn il-profondità u l-qosor biex jipprovdi analiżi aċċessibbli u utli għal udjenza wiesgħa. Għalkemm il-profili huma mibnija skont mudell u metodoloġija standard, il-fokus ta’ kull profil ġie adattat għall-ispeċifiċitajiet tal-pajjiż, biex tiġi massimizzata r-rilevanza ta’ kull analiżi. Mill-ewwel edizzjoni tagħhom fl-2017 ’l hawn, il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi saru bażi ta’ għarfien u informazzjoni fost il-komunità tal-politika tas-saħħa tal-UE.

Kull Profil tas-Saħħa tal-Pajjiżi jipprovdi sinteżi tal-istatus tas-saħħa fil-pajjiż, id-determinanti tas-saħħa (li jiffukaw fuq fatturi ta’ riskji relatati mal-imġiba), rendikont tal-organizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa, kif ukoll analiżi tal-effettività, l-accessibbiltà u r-reżiljenza ta’ kull sistema tas-saħħa. Din tal-aħħar issegwi l-objettiv triplu stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-2014 mill-Kummissjoni biex jiġu ttrasformati s-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa u jsiru adatti għall-futur.

Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi 2019

* Jekk jogħġbok uża l-Internet Explorer jekk tiltaqa’ ma’ problemi biex tiftaħ il-fajls fil-Google Chrome.

austria_flag.gif

L-Awstrija: Ġermaniż - Ingliż

italy_flag.gif

L-Italja: Taljan - Ingliż

belgium_flag.gif

Il-Belġju: Olandiż - Franċiż - Ingliż

latvia_flag.gif

Il-Latvja: Latvjan - Ingliż

bulgaria_flag.gif

Il-Bulgarija: Bulgaru - Ingliż

lithuania_flag.gif

Il-Litwanja: Litwan - Ingliż

croatia_flag.gif

Il-Kroazja: Kroat - Ingliż

luxembourg_flag.gif

Il-Lussemburgu: Franċiż - Ingliż

cyprus_flag.gif

Ċipru: Grieg - Ingliż

malta_flag.gif

Malta: Ingliż

czechrepublic_flag.gif

Iċ-Ċekja: Ċek - Ingliż

netherlands_flag.gif

In-Netherlands: Olandiż - Ingliż

denmark_flag.gif

Id-Danimarka: Daniż - Ingliż

norway_flag.jpg

In-Norveġja: Norveġiż - Ingliż

estonia_flag.gif

L-Estonja: Estonjan - Ingliż

poland_flag.gif

Il-Polonja: Pollakk - Ingliż

finland_flag.gif

Il-Finlandja: Finlandiż - Ingliż

portugal_flag.gif

Il-Portugall: Portugiż - Ingliż

france_flag.gif

Franza: Franċiż - Ingliż

romania_flag.gif

Ir-Rumanija: Rumen - Ingliż

germany_flag.gif

Il-Ġermanja: Ġermaniż - Ingliż

slovakia_flag.gif

Is-Slovakkja: Slovakk - Ingliż

greece_flag.gif

Il-Greċja: Grieg - Ingliż

slovenia_flag.gif

Is-Slovenja: Sloven - Ingliż

hungary_flag.gif

L-Ungerija: Ungeriż - Ingliż

spain_flag.gif

Spanja: Spanjol - Ingliż

iceland_flag.gif

L-Iżlanda: Iżlandiż - Ingliż

sweden_flag.gif

L-Iżvezja: Żvediż - Ingliż

ireland_flag.gif

L-Irlanda: Ingliż

unitedkingdom_flag.gif

Ir-Renju Unit: Ingliż

Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi 2017