Health security and infectious diseases

Valutazzjoni tar-riskju

Bħala rispons għal theddida transfruntiera għas-saħħa emerġenti, l-ewwel pass huwa li jiġu vvalutati r-riskji assoċjati tagħha. Huwa importanti li jkunu magħrufin

  • L-oriġini: x’inhi l-marda jew is-sustanza kimika li tikkawża t-tifqigħa?
  • It-trażmissjoni: kif tinxtered (eż. l-influwenza li tinġarr fl-arja, li tinġarr mill-ikel bħas-salmonella jew tinfirex min-nemus bħaz-Zika)?
  • Il-konsegwenzi: x’inhuma l-konsegwenzi tagħha għas-saħħa tal-bniedem (eż. tikkawża pulmonite, eċċ.)?
  • Il-letalità: x’inhi s-severità tal-marda, inkluża l-letalità?

It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet jiddeterminaw l-opzjonijiet possibbli ta’ rispons. Barra minn hekk, bħal fil-każ tal-COVID-19, nistgħu niffaċċjaw mard kompletament ġdid, fejn jeħtieġ li nippjanaw rispons anke qabel ma jkollna t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet kollha.

Id-Deċiżjoni 1082/2013/UE dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa tistabbilixxi mekkaniżmi koordinati għal valutazzjoni tar-riskju tal-UE. Din tinvolvi l-mobblizzazzjoni ta' tagħrif espert mill-korpi rilevanti tal-UE u dawk internazzjonali, biex jingħata parir xjentifiku sod li jsejjes il-proċess tal-koordinazzjoni tar-rispons.

Liema aġenziji jwettqu valutazzjoni tar-riskju?

Fil-livell tal-UE, il-valutazzjoni tar-riskju titwettaq:

Meta l-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa hija kompletament jew parzjalment barra mill-mandat tal-aġenziji eżistenti tal-UE, il-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni tar-riskju ad hoc. Pereżempju, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa, l-Ambjent u r-Riskji Emerġenti (SCHEER) għandu l-mandat li jipprovdi valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika f’każ ta’ theddid kimiku transfruntier serju.

Il-valutazzjoni tar-riskju tikkunsidra, jekk disponibbli, l-informazzjoni rilevanti pprovduta minn entitajiet oħrajn, b’mod partikolari mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali.