Stat ta' preparazzjoni u respons

Ħarsa ġenerali

Il-monitoraġġ, it-twissija bikrija, u miżuri ta’ rispons kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa huma elementi essenzjali biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea. L-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam hija primarjament maħsuba biex tappoġġja u tikkomplementa azzjonijiet meħuda minn pajjiżi individwali tal-UE.

Il-mard li jittieħed, l-aġenti bijoloġiċi jew kimiċi, u fatturi ambjentali, kollha għandhom il-potenzjal li jirriżultaw f’theddid transkonfinali serju. Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi hija problema ta’ saħħa pubblika li qiegħda tikber li tirrikjedi livell adegwat ta’ tħejjija u rispons.

Għalkemm ir-rati tal-mard li jittieħed fl-UE naqsu jew baqgħu stabbli f’dawn l-aħħar snin, l-influwenza pandemika (H1N1) fl-2009, it-tixrid tal-E. coli fl-2011 fil-Ġermanja, il-virus tal-Ebola fl-2014, jew iz-Zika fl-2016 kollha juru li infezzjonijiet ġodda jistgħu jitfaċċaw fi kwalunkwe ħin.

L-Azzjoni Transkonfinali tal-UE

Rispons bikri fl-UE kollha huwa importanti fl-indirizzar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa hekk kif dan jitfaċċa. Stadju importanti u ewlieni fil-bini ta’ qafas tal-UE għas-sigurtà tas-saħħa aktar b’saħħtu kien l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni fl-2013 biex jittejjeb l-istat ta’ tħejjija u tissaħħaħ il-kapaċità għal rispons koordinat għall-emerġenzi tas-saħħa.

Din il-leġiżlazzjoni kienet pass importanti ’l quddiem fit-titjib tas-sigurtà tas-saħħa fl-UE u fil-protezzjoni taċ-ċittadini minn firxa wiesgħa ta’ theddidiet għas-saħħa. Hija tappoġġja l-pajjiżi tal-UE biex iħejju u jħarsu liċ-ċittadini kontra pandemiji futuri possibbli u theddid transkonfinali serju billi:

 

Filmat - L-Immaniġġjar tal-Kriżijiet għal theddid għas-saħħa fl-UE

Il-filmat hu disponibbli bl-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol, il-Pollakk

Informazjzoni relatata