Akkwist Konġunt ta’ kontromiżuri mediċi
It-tifqigħa tal-influwenza pandemika H1N1 fl-2009 uriet id-dgħjufijiet fl-aċċess u l-poter tal-akkwist tal-pajjiżi tal-UE biex jakkwistaw vaċċini u medikazzjoni kontra l-pandemiji. Fl-2010, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tibda tħejji għal akkwist konġunt ta' vaċċini fil-każ ta' pandemija futura.
Id-dispożizzjonijiet għall-akkwist konġunt ta’ kontromiżuri mediċi huma inklużi fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa. F’April 2020, il-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt ġie ffirmat minn 36 pajjiż, inkluż il-pajjiżi kollha tal-UE u taż-ŻEE, ir-Renju Unit, l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja u l-Bożnija-Ħerzegovina kif ukoll il-Kosovo*.
Il-JPA:
- Jiddetermina l-arranġamenti prattiċi li jmexxu l-mekkaniżmu
- Jiddefinixxi l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-għażla tal-proċeduri
- Jorganizza l-valutazzjoni tal-offerti u l-għoti tal-kuntratt
*Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
L-iżgurar ta’ tħejjija adegwata
L-għan tal-mekkaniżmu ta’ akkwist konġunt huwa li jiġi żgurat aċċess aktar ekwitabbli għal kontromiżuri mediċi speċifiċi u għal sigurtà mtejba tal-provvista, flimkien ma’ prezzijiet aktar bilanċjati fil-pajjiżi parteċipanti tal-UE.
Sabiex ikunu preparati b’mod adegwat għal tifqigħa ta’ theddida transkonfinali serja għas-saħħa, l-istituzzjonijiet tal-UE, flimkien ma’ pajjiżi li ssieħbu mal-JPA, jistgħu jidħlu fi proċedura ta’ akkwist konġunt bil-għan li jakkwistaw:
- Vaċċini
- Antivirali
- Kontromiżuri għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa
Informazzjoni relatata
- L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni1082/2013/UE
- Ċerimonji tal-iffirmar għal Ftehim ta’ Akkwist Konġunt
- Id-dokumenti ewlenin kollha dwar l-Akkwist Konġunt ta’ kontromiżuri mediċi.