Stat ta' preparazzjoni u respons

Il-kooperazzjoni internazzjonali

Fil-livell globali, l-UE tikkollabora ma’ atturi internazzjonali dwar kwistjonijiet tas-sigurtà tas-saħħa. Bħala membru tal-Inizjattiva Globali għas-Sigurtà tas-Saħħa (GHSI), il-Kummissjoni taħdem mill-qrib mad-WHO u l-istati tal-“G7+” (l-Istati Uniti, il-Kanada, ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun u l-Messiku) fi sforz biex tinħoloq strateġija globali effettiva u organizzata tajjeb ta’ tħejjija, u rispons għal theddid potenzjali għas-saħħa.

L-Inizjattiva għas-Sigurtà tas-Saħħa fid-Dinja

Il-GHSI kienet stabbilita f’Novembru 2001, taħt it-tmexxija tal-ex Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali (HHS) tal-Istati Uniti. Għalkemm erba’ pajjiżi tal-UE biss huma membri uffiċjali tal-GHSI, is-sħubija tal-Kummissjoni Ewropea tassigura li l-eżiti tad-diskussjonijiet tagħha huma kkomunikati lill-pajjiż tal-UE kollha permezz tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tagħha stess.

Il-Forum Ministerjali tal-GHSI jiltaqa’ fuq bażi annwali bl-attendenza ta’ Ministri, Segretarji u l-Kummissarju għas-Saħħa mill-pajjiżi tal-“G7+” u l-Kummissjoni Ewropea. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa hija wkoll involuta bħala konsulent tekniku.

Il-Kisbiet tal-GHSI

  • Tħejjija u rispons imsaħħaħ għall-ġidri
  • Titjib fil-komunikazzjoni internazzjonali u fl-immaniġġjar tar-riskju
  • Ittestjar u titjib tal-kapaċità tal-laboratorji
  • Avvanz globali fit-tħejjija u r-rispons għall-influwenza pandemika
  • Sforzi ta’ tħejjija kontra t-theddid kimiku u radjoloġiku

Flimkien mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, qed tiżviluppa strateġija għal ħidma konġunta dwar: