Strateġija għas-Saħħa

Il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-saħħa

Is-sistemi tas-saħħa għandhom ikunu aċċessibbli, effettivi u reżiljenti għall-bidla u għall-isfidi tal-ġejjieni. Kollha jiffaċċjaw pressjonijiet biex jevolvu, jimmodernizzaw u jadattaw għal ambjent li qed jinbidel kontinwament, u dawn jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-infiq fuq is-saħħa. Dawn il-pressjonijiet jistgħu jkunu r-riżultat ta’:

  • Tibdil demografiku (popolazzjoni li qed tixjieħ)
  • Epidemjoloġija li qed tinbidel (il-piż li qed jiżdied tal-mard kroniku)
  • Teknoloġiji ġodda (flimkien mal-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni)
  • L-għoti tas-setgħa lill-pazjenti
  • Nuqqasijiet fil-forza tax-xogħol
  • Distribuzzjoni inugwali tal-professjonisti tas-saħħa
  • Inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa.

Fl-2014, tnediet l-aġenda tal-UE dwar is-sistemi tas-saħħa biex jiġu żviluppi azzjonijiet ikkoordinati tal-UE biex itejbu l-effettività, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tagħhom.






L-aġenda tal-UE għal sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti

It-tisħiħ tal-effettività

Iż-żieda fl-aċċessibbiltà

It-titjib tar-reżiljenza

Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa L-ippjanar tal-forza tax-xogħol tal-UE fil-qasam tas-saħħa Il-Valutazzjoni tat-Teknoloġiji tas-Saħħa
Is-sigurtà u l-kwalità tal-kura tal-pazjenti L-użu kosteffettiv tal-mediċini Is-sistema tal-informazzjoni tas-saħħa
L-integrazzjoni tal-kura L-aħjar implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/24 Is-Saħħa elettronika

Is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa

Ir-rabtiet bejn is-saħħa pubblika, il-prosperità ekonomika u l-koeżjoni soċjali huma magħrufa sew, flimkien ma’ tħassib dwar is-sostenibbiltà fit-terminu twil tal-finanzi pubbliċi. L-indirizzar tagħhom permezz ta’ kisbiet fl-effiċjenza, filwaqt li jinżamm l-aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità, huwa ċentrali għall-għażliet politiċi ppreżentati f’dan id-dokument:

Is-saħħa fis-Semestru Ewropew

L-effettività, l-aċċessibbiltà, u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali huma analizzati matul iċ-ċikli tas-Semestru Ewropew - qafas użat għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi madwar l-UE, mill-2014 ’il quddiem. L-importanza tas-saħħa hija ġeneralment enfasizzata fl-Istħarriġiet Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) li l-Kummissjoni toħroġ fil-bidu ta’ kull Semestru Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha l-għan li tappoġġja l-pajjiżi tal-UE permezz ta’ dan l-eżerċizzju billi tipprovdi analiżi u tbassir, u tissuġġerixxi azzjoni konkreta li ttejjeb ir-riformi. Hi toffri wkoll appoġġ finanzjarju biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet nazzjonali biex jimplimentaw ir-riformi permezz ta’ varjetà ta’ strumenti ta’ finanzjament.

Il-proċess tas-Semestru jħeġġeġ u jappoġġja riformi strutturali nazzjonali tas-sistemi tas-saħħa. Dawn ir-riformi u l-miżuri huma analizzati u identifikati fir-rapporti tal-pajjiżi tas-Semestru u fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs). Aktar minn terz tal-pajjiżi tal-UE rċevew rakkomandazzjonijiet relatati mas-sistema tas-saħħa mill-bidu tas-Semestru, u l-Kummissjoni timmonitorja l-progress li jagħmlu. Peress li dawn jindirizzaw riformi kumplessi tas-saħħa, jeħtieġ li jiġu vvalutati fuq perjodu ta’ żmien twil.