Nutrizzjoni u attività fiżika

Proġetti

Proġetti innovattivi li jippromwovu l-iżvilupp tas-saħħa jistgħu jirċievu finanzjament mill-programm tas-saħħa  tal-UE, bħala mezz ta' implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-saħħa tal-UE .

Sa mill-2005, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi timmaniġġja sejħiet għall-proposti għall-proġetti u torganizza għotjiet, konferenzi u relazzjonijiet mal-benefiċjarji tal-finanzjament tal-programm tas-saħħa.

Il-Kummissjoni Ewropea tirċievi wkoll finanzjament addizzjonali mill-Parlament Ewropew għal proġetti pilota  biex tittejjeb l-azzjoni politika futura fil-qasam tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika u biex jiġu identifikati prattiki tajbin li jistgħu jintużaw ħalli dawn il-proġetti jiġu replikati fi bliet jew reġjuni Ewropej oħrajn.