Nutrizzjoni u attività fiżika

Pjattaforma tal-UE għal azzjoni dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa

Il-pjattaforma tal-UE għall-azzjoni dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa hi forum għall-organizzazzjonijiet f’livell Ewropew, li tinkludi

  • Operaturi tan-negozji tal-ikel (manifatturi, bejjiegħa, caterers, restoranti tal-fast food);
  • Organizzazzjonijiet tal-konsumatur;
  • NGOs tas-saħħa pubblika;
  • Assoċjazzjonijiet xjentifiċi u professjonali.

Il-pjattaforma tirċievi gwida mill-grupp ta’ livell għoli dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika dwar il-prijoritajiet tagħha.

L-impenji volontarji tal-membri għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-gvernijiet nazzjonali f’pajjiżi tal-UE

  • Inaqqsu l-konsum ta’ melħ, xaħam saturat, xaħam trans u zokkor miżjud;
  • Iżidu l-konsum ta’ frott u ħaxix;
  • Inaqqsu l-esponiment u l-impatt fuq it-tfal ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel;
  • Iżidu l-attività fiżika regolari u jnaqqsu l-imġiba sedentarja;
  • Iżidu r-rati tal-irdigħ esklużiv u kontinwu; kif ukoll
  • Inaqqsu l-inugwaljanzi relatati mad-dieta u l-attività fiżika.

Kif hu vvalutat il-progress?

Il-membri tal-pjattaforma jaqsmu l-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom ma’ xulxin, jistabbilixxu x’beħsiebhom iwettqu u u b’liema mezzi. L-organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u l-Kummissjoni Ewropea flimkien se jipprovdu l-evalwazzjoni tagħhom dwar jekk l-impenji humiex suffiċjentement rilevanti għall-objettivi tal-pjattaforma.

Il-membri jirrapportaw kull sena dwar il-progress fil-kisba tar-riżultati tal-azzjoni tagħhom, kif ukoll ir-riżorsi u l-isforzi investiti. Ir-rapporti ta’ monitoraġġ annwali tagħhom jiġu eżaminati minn awdituri esterni.

Aktar minn 300 impenn volontarju huma miġbura f’bażi tad-data tal-Pjattaforma.

Il-pjattaforma tiltaqa’ b’mod regolari u torganizza laqgħat konġunti ma’ grupp ta’ livell għoli dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika.

Il-Pjattaforma viżwalizzata

Il-Pjattaforma tal-UE viżwalizzata
Ikklikkja l-immaġni biex tkabbar

Kif tissieħeb mal-isforz?

Jekk jogħġbok ikkonsulta sejħiet miftuħin ippubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti.