Nutrizzjoni u attività fiżika

Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika

Il-grupp ta’ livell għoli dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika hu magħmul mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-UE (u tal-EFTA) u hu mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea. Il-grupp

  • Jippermetti lil-gvernijiet jaqsmu l-analiżi dwar is-saħħa u dik ekonomika, ideat ta’ politika u l-aħjar prattika u jiżviluppaw approċċi komuni;
  • Jaħdem fuq prijoritajiet bħat-titjib tar-riċetti fuq il-prodotti tal-ikel, it-tnaqqis tal-esponiment tat-tfal għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel b’livell għoli ta’ xaħam, melħ u zokkor, l-attività fiżika, it-tikkettar u l-akkwist pubbliku tal-ikel;
  • Itejjeb il-kuntatt bejn il-gvernijiet u l-pjattaforma tal-UE għall-azzjoni dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa, biex tkun tista’ sseħħ il-kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u bejniethom.
  • Jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-evidenza, tad-data u tal-aħjar prattika għal min ifassal il-politika.
  • Jidentifika l-lakuni fir-riċerka u jappoġġja s-saħħa fil-politiki kollha;
  • Jaħdem fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa.

Il-grupp ta’ livell għoli jista’ wkoll jintalab mill-Kummissjoni li jħejji x-xogħol ta’ bażi għall-inizjattivi rilevanti dwar il-prevenzjoni u l-promozzjoni li jkun hemm qbil dwarhom mill-grupp ta' tmexxija dwar il-promozzjoni u l-prevenzjoni.

Laqgħat

Il-grupp ta’ livell għoli jiltaqa’ b'mod regolari u jkollu laqgħat konġunti mal-pjattaforma tal-UE għall-azzjoni dwar id-dieta, l-attività fiżika u s-saħħa.