Mard ewlieni u kroniku

Kanċer

Il-kanċer huwa wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa. Il-linji gwida politiċi tal-President von der Leyen jirreferu għal “pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-kanċer, għall-appoġġ tal-Istati Membri fit-titjib tal-kontroll u l-kura tal-kanċer” biex titnaqqas it-tbatija kkawżata minn din il-marda u biex l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-kanċer.

Il-politika tal-UE dwar il-kanċer

L-ittra ta’ missjoni lill-Kummissarju għas-Saħħa, Stella Kyriakides, tiddefinixxi l-bżonn tal-appoġġ lill-pajjiżi tal-UE fil-ħidma tagħhom dwar il-prevenzjoni tal-kanċer sal-kura.

Il-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer, ippreżentat fi Frar 2020, huwa r-rispons tal-UE għall-isfidi dejjem jikbru u l-iżviluppi fil-kontroll tal-kanċer u jirrapreżenta impenn politiku biex isir kull sforz fil-ħlieda kontra l-kanċer. Imsejjes madwar 10 inizjattivi ewlenin, u diversi azzjonijiet ta’ appoġġ, dan jifforma parti mill-proposti tal-Kummissjoni għal Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha bil-ħsieb li tiġi żgurata UE aktar sikura, imħejjija aħjar u aktar resiljenti.

Il-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer jappoġġja x-xogħol tal-Istati Membri fil-prevenzjoni tal-kanċer u tiġi żgurata kwalità għolja tal-ħajja għall-pazjenti tal-kanċer, is-superstiti, il-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom u hu strutturat madwar numru ta’ oqsma ewlenin fejn l-UE tista’ żżid l-akbar valur:

  • prevenzjoni
  • identifikazzjoni bikrija
  • dijanjożi jew trattament
  • kwalità għolja tal-ħajja għall-pazjenti u s-superstiti tal-kanċer.

Hemm rabta bejn il-Pjan tal-Kanċer u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni, partikolarment, l-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa u l-Istrateġija tal-UE Mill-Għalqa sal-Platt kif ukoll l-Ispazju Komuni Ewropew tad-data dwar is-Saħħa ppjanat (mistenni sal-2025). Il-kanċer huwa wieħed mill-missjonijiet proposti Ewropej ta’ riċerka u innovazzjoni u parti mill-qafas ta’ Orizzont Ewropa li tibda fl-2021.

Il-programm EU4Health (2021-2027), se jipprovdi appoġġ finanzjarju u tekniku lill-Istati Membri biex jgħinhom fl-isforzi biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa.

Il-kanċer huwa kwistjoni ewlenija tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 168 tat-TFUE, li jagħti lill-UE l-kompetenza li tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri għall-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem.

Sa mill-1985, il-Kummissjoni Ewropea ilha taħdem fuq il-kanċer mal-Istati Membri tal-UE u mas-soċjetà ċivili, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer.

Il-kanċer: approċċ konġunt

Il-kanċer huwa t-tieni kawża ewlenija ta’ mwiet fil-pajjiżi tal-UE wara l-mard kardjovaskulari. Kull sena, 2.6 miljun ruħ jiġu dijanjostikati bil-marda u toqtol 1.2 miljun ruħ oħra.

Metq tqis li l-Ewropa għandha kwart tal-każijiet tal-kanċer kollha u anqas minn 10% tal-popolazzjoni tad-dinja, hu evidenti li l-kanċer huwa theddida enormi għas-soċjetà tagħna. L-impatt ekonomiku ġenerali tal-kanċer fl-Ewropa hu €100 biljun kull sena.

L-evidenza turi, 40% tal-kanċers jistgħu jiġu evitati jekk aħna nimplimentaw dak li diġà nafu. Għalhekk, 3% biss tal-baġits tas-saħħa qed jintefqu bħalissa fuq il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard. Għalhekk, l-iskop għall-azzjoni hija immensa.

Azzjoni dwar il-prevenzjoni tal-kanċer u stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa sservi wkoll fil-ġlieda kontra l-obesità u l-mard mhux komunikabbli bħalma huma l-mard kardjovaskulari u d-dijabete, peress li jaqsmu fatturi ta’ riskju komuni.

Skont ir-rapporti tal-Istat tas-Saħħa fl-UE, il-kanċer huwa wieħed mill-kontributuri ewlenin għal imwiet prematuri fl-UE. Għandu impatt mhux biss fuq is-saħħa individwali, iżda għandu wkoll impatt konsiderevoli soċjali u ekonomiku

Dan il-mard jitfa’ pressjoni fuq is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa u l-protezzjoni soċjali, il-baġits tal-gvern u jaffettwa l-produttività u t-tkabbir tal-ekonomija. Għalhekk, għandna bżonn sistemi tas-saħħa aktar resiljenti. B’mod partikolari, biex jiġu appoġġjati l-Istati Membri li huma l-aktar fil-bżonn ta’ tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza, biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkollhom aċċess ugwali għall-prevenzjoni tal-kanċer ta’ kwalità għolja, dijanjostika, trattament u kura ta' segwitu ta’ kwalità għolja.

Għadd ta’ kisbiet wittew it-triq għal approċċ konġunt għall-ġlieda kontra l-kanċer fl-UE. Hawn taħt hawn il-links għad-dokumenti li rifdu l-azzjoni tal-UE, u azzjonijiet ta’ appoġġ tal-UE bil-għan li jgħinu l-pajjiż tal-UE u l-paritijiet intressati li jbiddlu r-rotta kontra l-kanċer.

Qafas ta' politika

Inizjattivi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer

Inizjattivi kkoordinati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni fil-qasam tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer jinkludu:

Il-finanzjament tal-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxi għan-Networks Ewropej ta’ Referenza dwar il-kanċer kif ukoll azzjonijiet konġunti dwar:

Informazzjoni relatata