Newsletter Saħħa-UE - Naqsmu l-għarfien biex navvanzaw fil-kura tad-dimenzja fl-Ewropa

Ħarġa 96, IS 21 ta´ Settembru 2012

F'din il-ħarġa


Merħba


Naqsmu l-għarfien biex navvanzaw fil-kura tad-dimenzja fl-Ewropa


Minn Dr Armelle Leperre-Desplanques, kap tal-proġett ALCOVE – ALzheimer COperative Valuation fl-Ewropa



Il-marda tal-Alzheimer u dimenzji oħra jaffettwaw 7 miljun Ewropew u 20 miljun membru tal-familja li jieħdu ħsiebhom. Dan in-numru mistenni jirdoppja sal-2040. Settembru 2012 huwa l-ewwel Xahar Dinji tal-Marda tal-Alzheimer, kampanja internazzjonali biex tqajjem għarfien dwar il-marda. It-tema ta' din is-sena hi 'Id-Dimenzja: Ngħixu flimkien'.

 

Minħabb l-prevalenza, l-ispiża u l-impatt kbir fuq is-soċjetà, id-dimenzja hi prijorità tas-saħħa pubblika tal-UE. It-titjib tal-kura u l-kwalità tal-ħajja għall-persuni li jgħixu bid-dimenzja u għal dawk li jieħdu ħsiebhom huma prijoritajiet urġenti. Jeħtieġ ukoll li jonqos il-piż tat-telf tal-awtonomija u titħeġġeġ is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.

 

L-għan tal-Azzjoni Konġunta ALCOVE hu li jinqasam l-għarfien dwar id-dimenzja fil-qasam tas-saħħa pubblika, l-organizzazzjoni tal-kura, il-kura klinika, u l-etika. L-Azzjoni Konġunta hi appoġġata mill-Istati Membri, il-professjonisti tas-saħħa u l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, u tikkomplementa inizjattivi oħrajn tal-UE dwar id-dimenzja u x-xjuħija b'saħħa tajba.

 

F'Marzu 2013, id-19-il pajjiż ta' ALCOVE se jippreżentaw il-konklużjonijiet tagħhom b'għarfien li jkunu jistgħu jgawdu minnu l-Istati Membri kollha. L-istrumenti ta' din l-inizjattiva għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tas-saħħa pubblika inkluża l-prevenzjoni tar-riskji assoċjati mal-użu tal-antipsikotiċi.

 

Quddiem l-isfida dejjem tikber tad-dimenzja, hu importanti għas-soċjetà tagħna u għall-mekkaniżmi ta' solidarjetà li niġbru l-għarfien u l-esperjenzi kollha flimkien. Il-mobilizzazzjoni Ewropea fir-rigward tad-dimenzja hi espressjoni ta' din il-ħtieġa u tal-interess reċiproku.





Aħbarijiet mill-UE


Il-kampanja pan-UE 'Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn', partenarjat ġdid mal-FC Barċellona u t-tnedija ta' app għall-mowbajs.

Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, John Dalli, u l-President tal-FC Barċellona Sandro Rosell, ingħaqdu flimkien biex jgħinu jnaqqsu l-piż tat-tipjip f'partenarjat bl-isem 'Aqta' t-tipjip mal-Barça'.


Il-gwida tal-ECDC dwar it-tilqima tal-HPV tgħid li għandhom jintlaħqu l-bniet kollha

L-Aġenzija Ewropea tirrakkomanda tilqima tal-HPV li timmira lit-tfajliet bejn 10-14-il sena qabel jibdew l-attività sesswali u biex jiġu amministrati tliet dożi fi żmien sitt xhur.


Regoli ġodda għall-importazzjoni ta' ingredjenti farmaċewtiċi attivi

L-Unjoni Ewropea bidlet ir-regoli għall-importazzjoni fl-UE ta' sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.


Proġett li jqabbel id-dejta tas-saħħa fl-ibliet

Il-proġett 'Miniature Cities' għandu l-għan li jqabbel l-ibliet Ewropej fir-rigward tal-livell tas-saħħa, l-istil tal-ħajja, il-kultura u l-ambjent b'enfasi speċjali fir-rigward tas-saħħa u l-inugwaljanzi bejn l-ibliet li qed jipparteċipaw u l-ibliet Ewropej l-oħra.


L-osservatorju Ewropew tad-drogi u l-aġenzija tal-mediċini tal-UE jbiddlu l-ftehim tagħhom fid-dawl ta' leġiżlazzjoni riċenti

Il-ftehim il-ġdid, iffirmat f’Lisbona miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), jippermetti skambju faċilitat ta' informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda u mediċini suġġetti għal abbuż.


Rapport tal-Parlament Ewropew dwar is-saħħa mentali fi żminijiet ta' kriżi

Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor il-preżentazzjonijiet u d-diskussjonijiet tal-grupp ta' ħidma dwar 'Is-saħħa mentali fi żminijiet ta' kriżi ekonomika', li sar fil-Parlament Ewropew fi Brussell f'Ġunju 2012.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Renju Unit

‘Stoptober’

L-avveniment 'Stoptober', appoġġat mill-Cancer Research UK u l-British Heart Foundation se jibda fl-1 ta' Ottubru. Se tkun l-ewwel kampanja intiża biex tgħin għadd kbir ta' persuni biex jieqfu jpejpu u biex tħeġġeġ it-3 miljun persuna li jpejpu fir-Renju Unit biex jieħdu l-ewwel pass għal futur bla sigaretti.


Awstrija

Is-saħħa u l-mard tal-persuni anzjani fl-Awstrija

Fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea għal Xjuħija Attiva u Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, il-Ministeru tas-Saħħa u l-Kumitat għall-Persuni Anzjani Awstrijak kitbu rapport li jippreżenta għall-ewwel darba, abbażi ta' dejta, veduta wiesgħa tas-saħħa u l-mard fost l-anzjani fl-Awstrija.



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Konferenza tal-Presidenza Ċiprijotta dwar "Xjuħija b'Saħħa Tajba matul il-Ħajja'

Il-konklużjoni ta' din il-konferenza tal-Presidenza Ċiprijotti' kienet li 'l-protezzjoni tas-saħħa matul il-ħajja tista' twassal għal xjuħija b'saħħa tajba'.




Avvenimenti li ġejjin


Samit dwar il-Kura tas-Saħħa Globali 2012 (Londra, 29-30 ta' Novembru 2012)

John Dalli, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, huwa wieħed fost bosta kelliema li se jipparteċipaw. Hu se jaqsam l-opinjonijiet tiegħu dwar kwistjonijiet tal-kura tas-saħħa li jiffaċċaw il-pajjiżi tal-UE.






Forum Ewropew dwar is-Saħħa Gastein (Bad Hofgastein, l-Awstrija, 3-6 ta' Ottubru 2012)

Il-Forum Ewropew dwar is-Saħħa Gastein huwa l-aktar avveniment importanti tal-politika tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea fejn jiltaqgħu l-esperti minn oqsma differenti tas-sistema tas-saħħa.




Pubblikazzjonijiet ġodda


Linji gwida għas-sorveljanza tan-nemus invażiv fl-Ewropa

Linji gwida miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' sorveljanza apposta għal speċijiet ta' nemus invażiv li huma rilevanti għas-saħħa pubblika.


Tweġibiet tal-politika tas-saħħa għall-kriżi finanzjarja fl-Ewropa

Pubblikazzjoni mid-WHO li turi kif it-tweġiba għall-kriżi ekonomika fir-reġjun Ewropew tvarja fis-sistemi tas-saħħa.


Governanza intersettorjali għas-saħħa fil-politiki kollha – Strutturi, azzjonijiet u esperjenzi

Pubblikazzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) turi kif jaħdmu l-istrutturi ta' governanza intersettorjali. Tipprovdi eżempji aċċessibbli u rilevanti għal dawk li jfasslu l-politika tal-għodod ta' governanza u l-istrumenti disponibbli, u aktar minn 20 studju żgħar.



X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE


Segwina fuq Twitter!

Issa tista' ssegwi n-Newsletter Saħħa-UE fuq Twitter u tirċievi aġġornamenti regolari dwar x'hemm ġdid fis-Saħħa Ewropea. Ingħaqad ma' Twitter u segwi @ EU_Health



Fokus


Jum Dinji tal-Alzheimer's, 21 ta' Settembru, Id-Dimenzja: Ngħixu flimkien


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa-UE – Saħħa Mentali

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa Pubblika – Saħħa mentali

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi


Aħbarijiet


Rapport jenfasizza t-tħassib dwar il-mediċini għall-persuni bid-dimenzja

Mir-rapport ta' riċerka ġdid 'Il-mediċini użati fil-pazjenti bid-dimenzja fit-tmiem ta' ħajjithom', ippubblikat miċ-Ċentru għar-Riċerka tax-Xjuħija u l-Iżvilupp fl-Irlanda (CARDI), ħarġu inċertezzi u differenzi konsiderevoli dwar il-mediċini li t-tobba jagħtu lill-persuni bid-dimenzja lejn it-tmiem ta' ħajjithom. L-istudju kien ibbażat fuq xenarji kliniċi differenti.


It-22 Konferenza Ewropea dwar l-Alzheimer 'Nibdlu l-perċezzjonijiet, il-prattika u l-politika' (Vjenna, 4-6 ta' Ottubru 2012)

Il-konferenza tiffoka fuq inizjattivi li jippromwovu metodi ta' djanjosi bikrija u kura olistika, fuq it-taħriġ u l-attitudnijiet tal-istaff u fuq is-servizzi li jqiegħdu lill-persuni bid-dimenzja fiċ-ċentru tal-attenzjoni mid-djanjosi sat-tmiem ta' ħajjithom.



Ħoloq interessanti oħra


Alzheimer Ewropa – Għarfien dwar il-forom kollha ta' dimenzja


Programm Konġunt tal-UE – Riċerka dwar Mard Newrodeġenerattiv (JPND)


DECIDE – Proġett maħsub biex itejjeb il-fiduċja fid-djanjosi permezz ta' ambjent ta' disseminazzjoni internazzjonali


INTERLINKS – riżorsa Ewropea bl-għan li ttejjeb il-kura fit-tul għall-anzjani


SHARE – Stħarriġ dwar is-Saħħa, ix-Xjuħija u l-Irtirar fl-Ewropa


Konsorzju Ewropew dwar il-Marda tal-Alzheimer – Netwerk ta' ċentri ta' eċċellenza Ewropej li jaħdmu fil-qasam tal-marda tal-Alzheimer.


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk