Newsletter Saħħa-UE - L-istaġun tas-Sajf: aħjar uff inkella aħħ!

Ħarġa 94, IS 19 ta´ Lulju 2012

F'din il-ħarġa


Merħba


Il-prevenzjoni tal-korrimenti: dejta aħjar meħtieġa għal benchmarking u azzjoni effettiva fl-UE


Minn Dr Wim Rogmans, Segretarju Ġenerali, EuroSafe



L-inċidenti u l-korrimenti huma r-raba' kawża prinċipali ta' mewt fost il-popolazzjoni tal-UE. Waħda minn 10 ammissjonijiet fl-isptar hi relatata ma' korriment u għalhekk jitfgħu piż finanzjarju konsiderevoli fuq is-sistemi tas-saħħa, stmat għal madwar EUR 15-il biljun fis-sena fir-reġjun tal-UE. Hemm ukoll differenzi enormi fost l-Istati Membri fir-rigward tar-riskju ta' inċidenti u korrimenti.

 

Il-korrimenti fil-biċċa l-kbira jistgħu jiġu evitati. Il-politiki tal-prevenzjoni jeħtieġ li jkunu msejsa fuq tagħrif adegwat dwar il-gruppi fir-riskju, ir-riskji u l-kawżi. Sfortunatament, fil-parti l-kbira tal-pajjiżi l-informazzjoni dwar il-kawżi tal-inċidenti u l-korrimenti rarament tinġabar. Għalhekk ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza (2007) bir-raġun irrakkomandat biex l-Istati Membri jiżviluppaw sistemi nazzjonali ta' sorveljanza u rappurtar tal-korriment, li għandhom jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tar-riskji ta' korriment u l-effetti ta’ miżuri ta’ prevenzjoni matul iż-żmien.

 

Is-settur tas-saħħa, biex jindirizza r-rata tal-korrimenti, jista' jiżvela evidenza dwar il-firxa u l-karatteristiċi tal-problema tal-korrimenti u jippromwovi azzjonijiet konċertati.

 

Bi tweġiba għal din is-sejħa, ikkoordinata minn EuroSafe, 22 pajjiż ipparteċipaw f'azzjoni konġunta, biex sal-2015 ikun hemm sistema waħda komuni ta' ġbir tad-dejta ta' korrimenti ibbażata fuq id-dipartimenti tal-emerġenza fl-Istati Membri kollha tal-UE: l-Azzjoni Konġunta għall-Monitoraġġ tal-Korriment fl-Ewropa (JAMIE). Se tkun sistema biex isservi bħala bażi għal benchmarking u t-tfassil ta’ politiki ta’ prevenzjoni adegwati, fil-livelli tal-UE u nazzjonali.

 

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ħeġġet ukoll lill-gvernijiet biex jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali għall-prevenzjoni tal-inċidenti u l-korrimenti. Matul l-aħħar ftit snin, inbdew proġetti kollaborattivi fl-oqsma tal-promozzjoni tas-sikurezza tat-tfal, is-sikurezza fl-isport, u s-sikurezza tal-persuni anzjani. Dawn l-azzjonijiet, koordinati wkoll minn EuroSafe, jinkludu għadd dejjem jikber ta’ msieħba mill-Istati Membri kollha u kellhom impatt sinifikanti fuq il-politiki u l-azzjonijiet dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti fil-pajjiżi msieħba u l-komunitajiet lokali.

 

Il-Kummissjoni bħalissa qiegħda tagħmel studju ta' valutazzjoni biex tiddetermina jekk il-miżuri proposti humiex qegħdin jaħdmu b’mod effettiv u biex tanalizza l-bżonn għal aktar azzjonijiet.

 

Sadanittant nawguraw il-qarrejja kollha tan-Newsletter Saħħa-UE staġun tas-sajf bla problemi ta' saħħa. Is-sajf huwa żmien perfett għal attivitajiet avventurużi fil-beraħ bħaċ-ċikliżmu fuq il-muntanji, l-għawm u l-mixi, spiss f'postijiet mhux familjari. Kun żgur li tipprepara sew, tuża tagħmir tajjeb u tobdi l-istruzzjonijiet tas-sigurtà: 'Aħjar uff inkella aħħ!'





Aħbarijiet mill-UE


Provi kliniċi bil-mediċini fl-Ewropa: Il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas il-burokrazija

Il-Kummissjoni adottat proposta biex tissimplifika r-regoli għat-twettiq ta' provi klinikali fl-UE bil-għan li titjieb ir-riċerka klinika fl-Ewropa. Dawn huma vitali biex jiġu żviluppati l-mediċini u biex jitqabbel l-użu ta’ mediċini diġà awtorizzati.


It-Tieni Programm tas-Saħħa (2008-2013): Il-finanzjament ta' proposti għall-2012

Id-Deċiżjoni mill-Kummissjoni fiha l-lista ta' proġetti relatati mas-saħħa pubblika li se jiġu ffinanzjati wara s-sejħa għall-proposti tal-2012.


Il-pubblikazzjoni tal-opinjoni xjentifika dwar il-livell ta' tħassib tossikoloġiku (TTC)

Il-Kumitati Xjentifiċi SCCS/SCHER/SCENIHR adottaw opinjoni dwar l-użu ta' approċċ TTC għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-kimiċi għas-sikurezza tal-bniedem b'enfasi fuq il-kosmetiċi u prodotti għall-konsumatur.


Kollaborazzjoni fil-livell tal-UE dwar it-tbassir tal-ħtiġijiet tal-ħaddiema tas-saħħa, l-ippjanar u x-xejriet tal-ħaddiema tas-saħħa

Dan l-istudju tal-fattibilità tal-Kummissjoni tal-UE jiffoka fuq 34 profil ta' pajjiżi, 12-il studju ta' każijiet u diskussjoni b'bord ta' esperti.


Id-dipressjonijiet u s-suwiċidji: kif jista' jitnaqqas il-prezz uman tal-kriżi

Grupp ta' ħidma intitolat Is-Saħħa Mentali fi Żminijiet ta’ Kriżi Ekonomika kien organizzat mill-Kumitat dwar l-Ambjent tal-Parlament, biex jiġi diskuss kif il-kriżi qiegħed taffettwa s-saħħa mentali.


Prijoritajiet tas-saħħa tal-Presidenza Ċiprijotta tal-UE

Il-Presidenza se tiffoka fuq l-indirizzar ta' kwistjonijiet serju tas-saħħa bejn il-fruntieri u x-xjuħija b'saħħitha f'rabta mal-istrateġija Ewropea għas-Saħħa 2008-2013.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Portugall

Infetħu l-applikazzjoni għall-Premju tan-Nutrizzjoni

Il-premju, inizjattiva appoġġjata mill-gvern nazzjonali, jippremja proġetti fil-qasam tan-nutrizzjoni fil-Portugall u jippromwovi stil ta' ħajja b'saħħtu. L-applikazzjonijiet huma miftuħa sal-31 ta’ Lulju 2012.


Polonja

Il-baħar, żaqqu ratba u rasu iebsa – kampanja ġdida tal-gvern imnedija għas-sajf

Il-kampanja tippromwovi imġiba sigura fil-baħar sabiex jitnaqqas l-għadd ta' inċidenti matul il-vaganzi tas-sajf għat-tfal u l-adoloxxenti.




Avvenimenti li ġejjin


Id-9 Konferenza Ewropea IUHPE dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa (Tallinn, 27-29 ta' Settembru 2012)

Organizzat mill-Unjoni Internazzjonali għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Edukazzjoni, l-avveniment hu maħsub sabiex l-Istati Membri jaqsmu u jitgħallmu mill-esperjenzi ta' xulxin dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika u t-tiftixa għal soluzzjonijiet ġodda għas-saħħa tal-popolazzjonijiet.




Pubblikazzjonijiet ġodda


Ibda fuq sieq tajba għal ħajja b'saħħitha

Ibbażat fuq riċerka mwettqa matul il-proġett GRADIENT, il-ktieb ippubblikat minn EuroHealthNet, jipprovdi rakkomandazzjonijiet finali għal dawk li jfasslu l-politika u l-prattikanti biex jiżguraw li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha fl-UE ikollhom id-dritt jibdew ħajja b’saħħitha.


Is-saħħa fl-UE – Kisbiet reċenti

Il-fuljett ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fih informazzjoni dwar l-aħħar żviluppi fil-politika tas-saħħa tal-UE sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini madwar l-UE jgawdu bis-sħiħ mid-dritt tagħhom għas-saħħa u s-sikurezza.




Fokus


L-istaġun tas-Sajf: aħjar uff inkella aħħ!


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa-UE – Prevenzjoni u Promozzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Is-Saħħa Pubblika – Il-Prevenzjoni tal-Korrimenti

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Il-wiki HEIDI - Il-Bażi tad-Dejta tal-Korrimenti fl-UE (IDB)

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi


Aħbarijiet


L-investiment fis-saħħa u s-sigurtà, anke fi żminijiet diffiċli: Ir-rapport annwali 2011 UE-OSHA

Fl-aħħar rapport annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) tkompli targumenta għal investiment fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, għal raġunijiet ekonomiċi kif ukoll għal raġunijiet etiċi.


Il-Konferenza Dinjija dwar is-Sigurtà 2012

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tippromwovi serje ta' Konferenzi Dinjin darbtejn fis-sena dwar il-Prevenzjoni tal-Korrimenti u l-Promozzjoni tas-Sigurtà. Il-konferenza li jmiss se tkun fi New Zealand, f’Ottubru 2012.



Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli


Il-Premju tal-UE għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa 2012 – Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-artikli: il-31 ta' Lulju 2012

Il-ġurnalisti huma mistiedna jibagħtu l-artikli tagħhom ippubblikati fil-gazzetti jew onlajn fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE bejn il-25 ta' Lulju 2011 u l-31 ta' Lulju 2012.



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


Il-proġett JAMIE (Azzjoni Konġunta dwar il-Monitoraġġ tal-Korrimenti fl-Ewropa)

Serje ta' azzjonijiet matul tliet snin li se jwitti t-triq għal sistema ġenwina ta' informazzjoni dwar il-korrimenti fl-UE.


TACTICS (l-Għodod biex Tindirizza t-Trawma fit-Tfulija, il-Korrimenti u s-Sikurezza tat-Tfal)

Inizjattiva multi-annwali fuq skala kbira li taħdem biex tipprovdi informazzjoni aħjar, għodod prattiċi u riżorsi biex tappoġġja l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' eżempji tajbin ibbażati fuq l-evidenza.


Il-Ġestjoni tas-Sikurezza għal Sport ta’ Riskju Għoli, f’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjonijiet Sportivi Ewropej (is-Sikurezza fl-Isport)

Dan il-proġett hu maħsub biex jiżviluppa, jittestja u jimplimenta skemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza fl-isport li jikkawża għadd kbir ta’ korrimenti, partikolarment fi sport f'tim li jinvolvi tilqigħ wiċċ imb'wiċċ frekwenti bħala karatteristiċi tal-logħba. Il-handball u l-basketball huma żewġ eżempji ta’ tali sport b'riskju għoli.



Ħoloq interessanti oħra


WHO – il-Programm għall-Prevenzjoni tal-Vjolenza, il-Korrimenti u d-Diżabilità


WHO Ewropa – Il-vjolenza u l-korrimenti


Il-Federazzjoni Ewropea tal-Vittmi ta' Inċidenti tat-Traffiku


Il-Kunsill Ewropew għas-Sikurezza fit-Trasport


La Prévention Routière Internationale (Il-Prevenzjoni Internazzjonali fit-Toroq)


IOSH – L-Istituzzjoni għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol


Is-Soċjetà Rjali għall-Prevenzjoni tal-Inċidenti


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk