Newsletter Saħħa UE - Is-saħħa fl-Ewropa - informazzjoni u dejta onlajn

Ħarġa 93, IS 28 ta´ Ġunju 2012

F'din il-ħarġa


Merħba


Heidi, il-wiki dwar is-saħħa


Minn Stefan Schreck, Kap tal-unità Informazzjoni għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Konsumaturi



F’Mejju, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea nieda Heidi, il-wiki dwar is-saħħa.

 

Heidi (Is-Saħħa fl-Ewropa: Interface ta' Informazzjoni u Dejta) hu mod ġdid kif tinxtered l-informazzjoni dwar is-saħħa fl-Ewropa. Għalkemm Heidi ġie stabbilit mid-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni mhix se tipprovdi l-artikli fil-wiki. Minflok, Heidi se jkun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet minn esperti tas-saħħa Ewropej.

 

Heidi għandu l-għan li joħloq sistema sostenibbli għal informazzjoni dwar is-saħħa li hija rilevanti, affidabbli u, aktar importanti, li faċilment tinżamm aġġornata. Bil-kunċett tal-wiki, il-Kummissjoni qed tipprova tgħaqqad flimkien il-komunità ta' esperti biex jaqsmu, jqabblu u jiżviluppaw informazzjoni dwar is-saħħa madwar l-Ewropa.

 

Bħala wiki, Heidi hu pjattaforma dinamika fejn l-utenti jistgħu jikkoreġu informazzjoni eżistenti u jippubblikaw dejta ġdida malajr. Jistgħu wkoll jagħtu rispons u jiddiskutu l-kwalità jew l-utilità tad-dejta.

 

Heidi fih artikli dwar l-istatus tas-saħħa, id-determinanti, il-mard, is-sistemi tas-saħħa, ix-xejriet, l-aspetti istituzzjonali u politiċi. L-artikli huma bbażati fuq evidenza xjentifika.

 

Biex isir sors utli ta' informazzjoni, Heidi jeħtieġ input mir-riċerkaturi, l-akkademiċi u esperti oħra tas-saħħa. Bl-għajnuna tagħhom, il-kontenut ta' Heidi jista’ jiġi aġġornat, estiżi u arrikkit, sabiex isir tabilħaqq rapport ħaj dwar is-saħħa fl-Ewropa.





Aħbarijiet mill-UE


L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tippubblika gwida dwar mediċini li jkun fihom antikorpi monoklonali

Il-gwida jwieġeb mistoqsijiet frekwenti minn kumpaniji b'interess fl-iżvilupp ta' antikorpi monoklonali bijoloġiċi simili li jintużaw f'xi mediċini kontra l-kanċer u fil-mediċini kontra mard li jaffettwa s-sistema tal-immunità


Organizzazzjonijiet Ewropej u kumpaniji jingħaqdu mal-kampanja UE-OSHA

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) tħabbar l-ewwel mewġa ta’ 57 imsieħeb uffiċjali tal-kampanja Ewropea dwar Ambjent tax-Xogħol b'saħħtu, 'Naħdmu flimkien għall-prevenzjoni tar-riskju'.


Il-Kummissarju Dalli jattendi t-18-il Konferenza Annwali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Mediċini Ġeneriċi

Il-Kummissarju Dalli jagħti diskors dwar 'Tixjiħ b'Saħħtu u Attiv permezz ta' aċċess imtejjeb għal mediċini ġeneriċi għall-but ta' kulħadd'.


Il-Kummissarju jfakkar 25 sena ta' azzjoni kontra l-kanċer fl-UE

Il-Kummissarju Dalli jagħti diskors f'Ruma fil-Forum Miftuħ tas-Sħubija għal Azzjoni Kontra l-Kanċer (EPAAC).




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Finland

Tfal taħt it-18-il sena pprojbiti milli jżuru t-tanning salons

Se jidħlu fis-seħħ liġijiet ġodda fl-1 ta’ Lulju 2012 li jinfurzaw il-kontrolli tal-età fis-solariums biex it-tfal jiġu mħarsa mill-perikli tar-radjazzjoni UV.


Italja

Kampanja għad-donazzjoni u t-trapjant tal-organi, it-tessuti u ċ-ċelloli

L-għan tal-kampanja tal-2012 hu li titħeġġeġ "sejħa għal azzjoni" biex in-nies ikunu motivati jieħdu azzjoni dwar id-donazzjoni tal-organi.


Ä ermanja

'Be Smart – Don’t Start'

Ħafna żgħażagħ jibdew jesperimentaw bit-tipjip meta jkollhom bejn 12 u 14-il sena. Il-kompetizzjoni 'Be Smart – Don’t Start' ilha teżisti 15-il sena u hi maħsuba għal gruppi tal-iskola li jaqblu li ma jpejpux għal sitt xhur.



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni tikseb appoġġ kbir mill-partijiet interessati

261 impenn għal azzjoni dwar it-tixjiħ attiv u u f'saħħtu ġew sottomessi minn gruppi ta' partijiet interessati, li se jaħdmu fil-livell lokali u reġjonali sabiex iwasslu kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini anzjani.




Avvenimenti li ġejjin


It-8 Forum Fens dwar in-newroxjenza (Barċellona, 14-18 Lulju 2012)

Organizzat mill-Federazzjoni Ewropea tas-Soċjetajiet tan-Newroxjenza (FENS), l-aħħar żviluppi fir-riċerka dwar il-moħħ se jiġu ppreżentati matul din il-laqgħa ta' 6,500 newroxjenzjati.


Konferenza ERS (Vjenna, 1-5 Settembru 2012)

Il-Konferenza Annwali tas-Soċjetà Respiratorja Ewropea se tippreżenta l-aħħar innovazzjonijiet fix-xjenza bażika u klinika, il-prattika u l-kura tal-pazjenti mill-persuni li jistabbilixxu l-istandards.




Pubblikazzjonijiet ġodda


ECDC jippubblika r-rapport annwali tad-Diretturi 2011

Fir-rapport jinsabu d-dettalji tal-ħidma tal-ECDC matul l-2011, sena li rat inċidenza għolja tat-Tossina Shiga li tiprroduċi l-E. coli, il-malarja u l-virus tal-Punent tan-Nil fil-Greċja, u għadd ta' sfidi oħra għas-saħħa pubblika.


Allerġiji Respiratorji – Tagħrif, Taffija tal-Piż

Dan il-ktieb jagħmel parti mill-kampanja tal-Federazzjoni Ewropea tal-Allerġiji u l-Assoċjazzjonijiet tal-Pazjenti tal-Mard tan-Nifs (EFA) biex iqajjem kuxjenza dwar allerġiji respiratorji u, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex jitnaqqas il-piż ta' dawn il-kundizzjonijiet. Disponibbli bi 15-il lingwa.



X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE


Ħu sehem fl-istħarriġ u għinna ntejbu l-Portal tas-Saħħa-UE!

Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi jilqa’ l-feedback tiegħek dwar il-portal tas-saħħa



Fokus


Heidi, il-wiki dwar is-saħħa


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa-UE – Indikaturi tas-Saħħa tal-KE

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Is-saħħa pubblika – Indikaturi tas-Saħħa

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Heidi, il-wiki dwar is-saħħa

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


REPROSTAT 2

Il-proġett jevalwa l-utilità ta' sett komprensiv ta' indikaturi dwar is-saħħa riproduttiva maħsuba għal Unjoni Ewropea mkabbra, b'enfasi partikolari fuq is-saħħa riproduttiva tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.


Azzjoni Konġunta għal Indikaturi u Monitoraġġ tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea (ECHIM)

Dan il-proġett jimplimenta, itejjeb, jiddokumenta u jżomm l-indikaturi ECHI fl-Istati Membri kollha u jiżviluppa netwerk ta' esperti għal indikatur nazzjonali tas-saħħa għall-indikaturi ECHI u l-ġbir tagħhom.



Ħoloq interessanti oħra


Osservatorju tas-Saħħa Globali (GHO)


Ir-Rapport EUGLOREH


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk