Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 92, IS 14 ta´ Ġunju 2012

F'din il-ħarġa


Merħba


L-14 ta' Ġunju 2012 – Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm "Kull donatur tad-demm hu eroj"


Minn Dr Dominik Schnichels, il-Kap tal-Unità, Kummissjoni Ewropea, Unità għas-Sustanzi ta' oriġini mill-bniedem u l-kontroll tat-Tabakk, SANCO D4



Fl-14 ta' Ġunju niċċelebraw il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm b'diversi avvenimenti. It-tema ta' din is-sena hi "kull donatur tad-demm hu eroj". L-għan hu li jitqajjem għarfien għall-ħtieġa ta' aktar donaturi tad-demm voluntarji u regolari. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tfakkar liċ-ċittadini dwar l-importanza li jingħata d-demm u li jingħata għarfien lid-donaturi tad-demm mad-dinja kollha għall-altruwiżmu tagħhom. Mingħajr is-solidarjetà tagħhom, l-isptarijiet ma jkunux jistgħu jagħmlu trasfużjonijiet tad-demm lill-persuni li jeħtiġuhom waqt operazzjonijiet serji, tqala bi problemi jew wara aċċident tat-traffiku. Dawn is-sitwazzjonijiet huma spissi u jistgħu jiġru lil kull wieħed minnha jew lil qrabatna.

 

Id-demm u l-prodotti tad-demm ma jistgħux jinħażnu għal dejjem, din hi r-raġuni għala l-isptarijiet jeħtiġilhom provvista stabbli ta' għotjiet tad-demm. Barra minn hekk, il-populazzjoni tal-Unjoni Ewropea qed tixjiħ, din qed tkabbar il-prevalenza ta' mard relatat max-xjuħija bħall-kanser jew il-ksur tal-ġenbejn, fejn il-kura tirrikjedi trasfużjonijiet tad-demm.

 

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tgħin biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-kwalità tal-għotijiet tad-demm, kemm għad-donaturi kif ukoll għall-pazjenti. Hi tistabbilixxi kriterji ta' eliġibilità u tgħin lid-donaturi jiddeċiedu b'mod responsabbli. Hi teħtieġ li l-boroż ta' demm mogħti fl-UE jiġu ttestjati, u għandha ċerti rekwiżiti ta' kwalità dwar il-mod kif jiġi ttrattat id-demm mill-ġbir sat-tqassim tiegħu, b'hekk id-demm ikun aktar sikur għal kulħadd.

 

Jekk tixtieq li ssir donatur, agħti daqqa t'għajn lejn il-websjat ta' SANCO fejn għandek issib link għall-programmi nazzjonali ewlenin tad-donazzjoni tad-demm, u l-informazzjoni meħtieġa li jeħtieġlek biex issir eroj.





Aħbarijiet mill-UE


Il-Kummissarju Dalli jniedi Kards b'Rapporti dwar is-Sikurezza tat-Tfal

L-Alleanza Ewropea għas-Sikurezza tat-Tfal ta' EuroSafe, f'partenarjat mad-WHO, il-UNICEF u pajjiżi mseħbin, ipproduċew Kards ta' Rapporti dwar is-Sikurezza tat-Tfal għal aktar minn 30 pajjiż u Kard Ewropea ta' Rapport fil-Qosor li tiġbor fi ftit kliem il-politiki tal-pajjiżi għall-appoġġ lis-sikurezza tat-tfal u tal-adolexxenti.


L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini nediet websajt dwar l-effetti sekondarji

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini bdiet tippubblika rapport dwar l-effetti sekondarji ssuspettati għal mediċini awtorizzati fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'websajt ġdid: www.adrreports.eu


Il-Kummissjoni tal-UE tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa fl-2010

Ir-rapport jagħti informazzjoni dettaljata dwar il-baġit għall-2010, l-eżekuzzjoni tiegħu, inklużi r-riżultati ta' azzjonijiet ewlenin iffinanzjati.


Stqarrija mill-Kummissarju John Dalli dwar it-tabakk

Il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumaturi tal-UE jitkellem dwar it-tabakk f'messaġġ iffilmjat għall-Jum Dinji Mingħajr Tabakk – il-31 ta' Mejju 2012.


"Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn" filmat ġdid onlajn

Il-Kummissjoni nediet il-fażi li jmiss tal-kampanja "Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn" bi tliet filmati ġodda u b'kards biex ma jsirx tipjip fuq l-arjuplan għal passiġġieri tal-ajru.


Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tagħmel diskors dwar l-istrateġiji għal anzjanità attiva u b'saħħitha

Paola Testori Coggi attendiet il-Konferenza dwar il-Governanza Tajba għal Anzjanità Attiva u b'Saħħitha fl-4 ta' Ġunju.


Il-Kummissarju Dalli jagħmel diskors dwar l-istrateġija għas-settur farmaċewtiku

John Dalli, il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumaturi tal-UE, attenda l-53 Laqgħa Annwali tal-Grupp Internazzjonali għad-Distribuzzjoni Parmaċewtika (GIRP) f'Lisbona.


Lejlet it-turnew tal-futbol Euro 2012 , l-FC Barcelona ħabbar kooperazzjoni tiegħu mal-kampanja "Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn"

Barça u l-Kummissjoni Ewropa jaħdmu id f'id biex jiksbu l-għan komuni li jgħinu liċ-ċittadini Ewropej jeħilsu mill-vizzju tagħhom.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Spanja

Sforz ġdid biex tiġi evitata l-obeżità

Fit-28 ta' Mejju Spanja ħabbret il-ħolqien ta' Osservatorju nazzjonali għall-Istudji dwar it-Nutrizzjoni u l-Obeżità, li għandu jiġbor informazzjoni dwar id-drawwiet tal-ikel tal-Ispanjoli u dejta dwar l-obeżità u l-piż żejjed, b'mod speċjali fit-tfal. Kważi 46% ta' tfal Spanjoli bl-età ta' bejn is-6 u 9 snin huma ħoxnin jew għandhom piż żejjed.


Franza

Pjan għall-mewġa ta' sħana tas-sajf

Il-pjan nazzjonali annwali għall-mewġa ta' sħana (PNC) kien attivat fl-1 ta' Ġunju, din is-sorveljanza tal-istaġun għandha tagħti informazzjoni dwar ir-riskji għas-saħħa matul it-temp jaħraq tas-sajf għall-pubbliku inġenerali, il-professjonisti, l-istituzzjonijiet tas-saħħa, l-awtoritajiet lokali eċċ



Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE


Il-Kummissjoni tal-UE u l-UEFA jaqblu li EURO 2012 "ħieles mit-tipjip" jagħti spinta għas-saħħa tal-Ewropa

Id-deċiżjoni tal-UEFA li tipprojbixxi t-tabakk mit-tielet l-akbar avveniment sportiv dinji timxi fuq l-istess linji tal-isforzi li għaddejjin bħalissa tal-Kummissjoni Ewropea biex jitwaqqaf u jkun ikkontrollat it-tipjip u biex jintbagħat messaġġ qawwi u spirat dwar il-valur tal-ħajja mingħajr tabakk.


L-Ombudsman isejjaħ għal aktar trasparenza li tikkonċerna l-mediċini għat-tfal

L-Ombudssman Ewropew, P. Nikiforos Diamandouros, sejjaħ lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) biex iżżid it-trasparenza tal-proċeduri tagħha biex jiġi żgurat li t-tfal ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-mediċini l-ġodda.


L-1000 tismija ta' prodott mediċinali orfni: titjib fil-ħajja tal-pazjenti

L-għadd żgħir ta' pazjenti affettwati b'mard uniku u l-frammentazzjoni tat-tagħrif dwar mard rari jirriżultaw f'diffikultajiet għal persuni biex jingħataw dijanjosi korretta. L-1000 tismija tal-lum għall-prodott mediċinali orfni jimmarka suċċess tremend fit-titjib ta' din is-sitwazzjoni.




Avvenimenti li ġejjin


Konferenza Dinjija 2012 dwar l-Anzjanità Attiva b'Saħħitha u t-Teknoloġija (f'Eindhoven, mis-26 sad-29 f'Ġunju 2012)

Bit-tema "Min jibża' mix-xjuħija?", il-konferenza organizzata mis-Soċjetà Internazzjonali għall-Ġeronteknoloġija għandha tanalizza l-aspetti kollha tas-soċjetà li qed tixjiħ.


Partenarjat Ewropew għall-Forum ta' Diskussjoni Pubblika dwar l-Azzjoni Kontra l-Kanser (Ruma, 19-20 Ġunju)

Il-Forum ta' Diskussjoni Pubblika se jkun organizzat mill-Ministeru tas-Saħħa Taljan u se jkun ikkaratterizzat bit-temi tal-Promozzjoni u l-Prevenzjoni tal-Kanser u tal-Informazzjoni u d-Dejta dwar il-Kanser


It-22 Kungress ta' Kull Sentejn tal-Assoċjazzjoni Ewropea għar-Riċerka dwar il-Kanser (EACR-22) (f'Barċellona, mis-7 sal-10 ta' Lulju 2012)

L-EACR-22 se tipprovdi forum għal diskussjoni bejn ix-xjentisti li qed jaħdmu fl-oqma tar-riċerka dwar il-Kanser. Hu għandu jiffoka fuq l-aħħar żviluppi minn riċerka permezz ta' kura għall-kanser personalizzata.


Il-Ġejjieni tal-Istrateġija għall-Alkoħol tal-UE (fi Brussell, fis-27 ta' Ġunju 2012)

Organizzat mill-Alleanza Ewropea għall-Politika tal-Alkoħol – b'kooperazzjoni ma' Eurohealthnet, il-Kunsill tas-Sikurezza fit-Trasport Ewropew u l-Legi tal-Kunsilli Ewropej – dan l-avveniment se jkun opportunità biex jiġu indirizzati l-isforzi li jittrattaw il-ħsara relatata mal-alkoħol.




Pubblikazzjonijiet ġodda


Proġett Ewropew ta' stħarriġ fl-iskejjel dwar l-alkoħol u drogi oħrajn (ESPAD)

Studju ġdid ta' ESPAD juri b'mod ġenerali użu stabbli tad-droga fost studenti u tnaqqis fix-"xorb episodiku qawwi", iżda ebda tnaqqis fit-tipjip tas-sigaretti.


Interventi biex jitjiebu l-qari u l-kitba dwar is-saħħa

L-ECDC ippubblika dokument li jagħti ħarsa ta' malajr fuq l-evidenza dwar l-effettività ta' interventi biex jittejbu l-qari u l-kitba dwar is-saħħa.


L-ECDC jippubblika rapport ġdid li jivvaluta l-kura tal-HIV bħala prevenzjoni fil-kuntest Ewropew

Ir-rapport "Il-valutazzjoni tal-kura tal-HIV bħala prevenzjoni fil-kuntest Ewropew" jiġbor evidenza dwar l-effetti tal-użu tal-kura antiretrovirali biex tkun evitata l-infezzjoni tal-HIV, u jassoċja din l-evidenza mal-linji gwida attwali għall-kura tal-HIV.



X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE


Għid x'taħseb dwar il-portal Saħħa-UE

Għinna nivvalutaw il-portal billi tieħu sehem fis-servej tagħna onlajn.



Fokus


14 ta' Ġunju 2012 – Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm "Kull donatur tad-demm hu eroj"


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa Pubblika – Demm

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi


Aħbarijiet


Stqarrija permezz ta' filmat mill-Kummissarju John Dalli

Il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumaturi tal-UE jitkellem dwar l-għoti tad-demm f'messaġġ iffilmjat għall-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm.


Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm

Il-Jum Dinji tad-Donatur tad-Demm hu avveniment annwali li jsir kull sena fl-14 ta' Ġunju. L-għan li jingħażel dan il-jum tas-sena u li jgħaqqdu maċ-ċelebrazzjoni dinjija hu li jiġi promozz l-għoti ta' demm b'mod volontarju u bla ħlas mad-dinja kollha.



Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli


Kulħadd irid jgħix

Minn Majka Lisińska-Kozioł, il-persuna nominata mill-Polonja (2011).


Definizzjoni ġdida għad-donazzjoni

Minn Moira Mizzi, il-persuna nominata minn Malta (2011).



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


Il-proġett DOMAINE – Immaniġġjar tad-Donaturi fl-Ewropa

Dan il-proġett jikkontribwixxi biex tinħoloq provvista sikura u suffiċjenti ta' demm billi jqabbel u jirrikkmanda prattika tajba għall-immanniġġjar tad-donaturi.


EuBIS – Proġett Ewropew għall-Ispezzjoni tad-Demm

Il-proġett jindirizza l-kwalità u s-sikurezza tad-demm u hu mmirat għal dawk responsabbli għat-tħaddim ta' stabbilimenti tad-demm u għal dawk responsabbli li jispezzjonawhom.



Ħoloq interessanti oħra


Direttorat Ewropew għall-kwalità tal-Mediċini u l-Kura tas-Saħħa (EDQM) – xogħol tal-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam tat-trasfużjoni tad-demm


L-Aħjar Użu tad-Demm fl-UE – il-promozzjoni tat-titjib għall-proċess tat-trasfużjoni klinika.


Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Organizzazzjonijiet tad-Donaturi tad-Demm


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk