Newsletter Saħħa-UE

Ħarġa 90, IS 16 ta´ Mejju 2012

F'din il-ħarġa


Merħba


Il-prevenzjoni hija l-qofol: Il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanser 25-31 ta' Mejju 2012


Ta' Dr Wendy Yared, Direttriċi, Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Ewropej tal-Kanser



Il-Kanser jista' jiġi evitat! Dan huwa l-messaġġ importanti li qed iwasslu l-għaqdiet tal-kansers u oranizzazzjonijiet imsieħba fil-pajjiżi Ewropej waqt il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanser li ssir kull sena f'Mejju.

 

Għal darba oħra, l-avveniment ta' din is-sena qed jiġi kkoordinat mill-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Ewropej tal-Kanser (ECL), bħall-Programm ta' qabel "L-Ewropa Kontra l-Kanser". It-tnedija l-ġdida ta' din il-ġimgħa ddedikata għall-kanser tagħmel parti mir-rwol tagħna, li huwa l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-kanser mal-Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanser (EPAAC) 2011-2014.

 

Matul din il-ġimgħa, l-Ewropej madwar l-Unjoni Ewropea u lil hinn se jiġu mgħarrfa li huwa possibbli għalina, bħala individwi, li nnaqqsu r-riskju tal-kanser b'tal-anqas 33% (u saħansitra sa 50%, skont studju ġdid ippubblikat f'Marzu 2012), jekk inkunu nistgħu nindirizzaw il-fatturi ewlenini bħat-tipjip, l-ikel ħażin, in-nuqqass tal-attività fiżika u x-xorb żejjed. Irridu niftakru li għandna lkoll strument tajjeb fil-ġlieda kontra l-kanser, li sfortunatament ma tantx nużaw – il-Kodiċi Ewropew kontra l-Kanser, li jelenka l-metodi kollha biex nipprevjenu l-kanser.

 

Biex ninvolvu ż-żgħażagħ, bdejna Kompetizzjoni taż-Żgħażagħ u qed nistiednu żgħażagħ minn madwar l-Ewropa biex jissottomettu filmat jew powster li jispjega l-prevenzjoni tal-kanser. B'din l-inizjattiva, qed nisperaw li nħeġġuhom u li nitgħallmu mingħandhom, xi ħaġa li s'issa ma tantx għadna rnexxielna nagħmlu – nilħqu liż-żgħażagħ. Qed naħdmu wkoll ma' għaqdiet minn madwar l-Ewropa biex norganizzaw xi flashmobs. Se jkun hemm flashmob kbir quddiem it-taraġ ta' Piazza di Spagna f'Ruma (ikkoordinat mill-Għaqda kontra l-Kanser tal-Italja), fis-26 ta' Mejju, qabel il-Konferenza Uffiċjali tal-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanser li tiftaħ fil-31 ta' Mejju, fil-Ministeru tas-Saħħa tal-Italja.

 

Ninsabu kuntenti li għandna daqstant imsieħba f'din il-ħidma kontra l-kanser u favur il-promozzjoni tas-saħħa. Il-prevenzjoni hija l-aktar investiment importanti tagħna. Toffri "l-istrateġija l-iktar effettiva f'sens ta' nfiq għall-futur imbiegħed għall-kontroll tal-kanser".





Aħbarijiet mill-UE


L-effetti fuq is-saħħa tal-iskeners tas-sigurtà għall-iskrinjar tal-passiġġiera

Il-Kummissjoni ppubblikat l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Ġodda (SCENIHR) dwar l-effetti fuq is saħħa tal-iskeners tas-sigurtà għall-iskrining tal-passiġġieri bbażati fuq it-teknoloġija tal-X-ray.


App fuq l-Ismartphones dwar il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

Niżżel il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea. Aċċess għall-kura tas-saħħa statali jekk timrad jew ikollok aċċident waqt li tkun imsiefer.


Il-parabeni użati fil-kożmetiċi

Studji sperimentali fuq l-annimali wrew li dawn il-parabeni ġeneralment ikollhom livell baxx ta' tossiċità u li ma jikkawżawx il-kansers.




Rapporti minn madwar l-Ewropa


Malta

Malta tniedi strateġija kontra l-obeżità

Malta għandha fost l-ogħla livelli ta' ħxuna u obeżità fir-Reġjun Ewropew tad-WHO: 72% tal-irġiel u 53% huma ħoxnin jew obeżi.


Danimarka

Programm ta' tilqim għat-tfal

Il-Ministeru tas-saħħa Daniż iniedi l-programm ta' tilqim għat-tfal għat-tilqim tal-ħożba, marda li tittieħed ħafna.




Avvenimenti li ġejjin


Is-6 Konferenza Ewropea dwar il-Mard Rari u l-Prodotti Orfni (ECRD) (Brussell, 23-25 ta' Mejju 2012)

Din il-konferenza hija pjattaforma unika dwar il-mard rari li tgħaqqad flimkien it-total tal-akkademiċi interessati, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-industrija, il-fassala tal-politika u r-rappreżentanti tal-pazzjenti


Konferenza għall-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanser (Ruma, 31 ta' Mejju - 1 ta' Ġunju 2012)

Din il-konferenza ospitata mil-Lega Taljana dwar il-Kanser se tiffoka fuq il-kontroll tat-tabakk, l-iskrining bikri u stil ta' ħajja li jiffavorixxi s-saħħa.


Il-Ġimgħa dwar l-ekwità ta' EuroHealthNet (Brussell, 29-31 ta' Mejju 2012)

EuroHealthNet jospità ġimgħa ta' attivitajiet biex jiġu diskussi s-saħħiet, id-djufiji, l-isfidi u l-opportunitajiet għal azzjoni fil-ġejjieni biex tittejjeb l-ekwità fis-saħħa.




Pubblikazzjonijiet ġodda


Programm tas-saħħa pubblika tal-UE: naħdmu flimkien biex intejbu s-saħħa pubblika fl-Ewropa

Ippubblikat mill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (EAHC), dan il-ktejjeb jippreżenta għadd ta' proġetti dwar is-saħħa pubblika b'impatt importanti għall-Istati Membri tal-UE.


Kif tista' x-xjenza tappoġġja l-fassala tal-politika biex jindirizzaw l-isfidi nutrizzjonali tal-Ewropa?

Dan ir-rapport miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-UE jagħti taqsira tal-kwistjonijiet nutrizzjonali fil-pajjiżi tat-tkabbir u l-Azzjoni ta' Integrazzjoni tal-UE, kif ukoll fl-Istati l-Membri.


Studju dwar l-Imġiba tat-Tfal tal-Iskola lejn is-Saħħa

Rapport internazzjonali ġdid tad-WHO minn stħarriġ tal-2009/2010, jiżvela li t-tfal mhumiex jiksbu dak li ġust f'dik li hija saħħa.


Programm tas-saħħa pubblika tal-UE: Sejħa għall-proposti 2010

Din il-pubblikazzjoni mingħand EAHC tinkludi astratti ta' proġetti dwar is-saħħa pubblika ffinanzjati taħt is-sejħa għall-proposti 2010.



X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE


Il-Kummissarju Dalli jniedi r-raba’ edizzjoni tal-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti

Il-ġurnalisti li jiktbu dwar is-saħħa huma mistiedna jibagħtu l-artikli tagħhom permezz tas-sit web. Id-data tal-għeluq hija 31 ta' Lulju 2012.



Fokus


Il-prevenzjoni hija l-qofol: Il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanser 25-31 ta' Mejju 2012


Attivitajiet fil-livell ta' l-UE


Saħħa Pubblika – Kanser

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE – Kanser

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ Saħħa u Konsumaturi


Aħbarijiet


Ħu sehem fi "flashmob" Ewropea kontra l-kanser

Fl-ispirtu tal-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanser, Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanser qed jorganizza avvenimenti li jinvolvu flashmob fis-26 ta' Mejju 2012 f'Ruma, Pariġi, Barċellona u Ankara. Fit-23 ta' Mejju se jkun hemm flashmob fil-5pm fi Brussell.


Kompetizzjoni għaż-Żgħażagħ: "Komunikazzjoni tal-Kodiċi"

Din il-kompetizzjoni tħeġġeġ l-istudenti jitgħallmu kif il-kanser jista' jiġi evitat, billi joħolqu powsters u filmati li jikkomunikaw effettivament dwar x'inhu possibbli jsir issa biex jiġi evitat il-kanser aktar tard.


Xjentisti jsibu rabta bejn il-proċessi bijoloġiċi u l-pazjenti żgħażagħ tal-kanser tas-sider

Studju ġdid juri li l-kanser tas-sider fin-nisa żgħażagħ huwa marbut mal-proċessi bijoloġiċi relatati mal-età.



Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli


"Il-ħajja wara telfa", ta' Georgiana Ilie – In-nominata nazzjonali tar-Rumanija 2011

Fejn tista' ssib l-appoġġ u s-sabar meta jmutlek xi ħadd b'marda?


"Il-mitoloġiji madwar l-ikel li jiġġieled kontra l-kanser", ta' Luís Silvestre – In-nominat nazzjonali tal-Portugal 2011

Jidher li l-ħut mhux tajjeb għas-saħħa daqs kemm naħsbu, u li l-laħam aħmar ma jikkawżax il-kanser. Imma l-frott, mill-banda l-oħra, jista' jkun verament perikoluż.



Proġetti tal-Programm għas-Saħħa


Aurora

Il-proġett Aurora għandu l-għan li jippromwovi l-iskambju ta' metodi tajbin għall-promozzjoni tal-iskrining għall-kanser ċervikali fl-Istati Membri l-ġodda tal-UE, b'mod partikolari fost il-popolazzjonijiet li ma jintleħqux kif ġib u leħaq.


Il-Kooperazzjoni Ewropea dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-iskrining tal-kanser u linji gwida ta' prevenzjoni (ECCG)

Proġett bil-għan li jiżviluppa supplimenti għal-linji gwida attwali tal-UE dwar l-assigurazzjoni ta' kwalità għall-iskrining tal-kansers ċervikali u tas-sider sabiex jinvolvi żviluppi ġodda mill-aktar pubblikazzjoni reċenti tal-linji gwida.


Skrining CRC (CRCS)

Il-kanser tal-musrana (CRC) huwa l-aktar kanser komuni li saritlu djanjosi reċentement u t-tieni l-aktar kawża komuni tal-mewt mill-kanser fis-27 Stat Membru tal-Ewropa, bi stima ta' madwar 330,000 każ ġdid u 149,000 mewt fl-2008.



Ħoloq interessanti oħra


Is-Sħubija Ewropea għall-Azzjoni Kontra l-Kanser (EPAAC)


Kansers Rari Ewropa (RCE)


Kodiċi Ewropew kontra l-Kanser


Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter


Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk